Diġa` ingħataw 123 tablet u computers b’self u 132 aċċess għall-internet għal sena b’xejn lil student vulnerabbli. Dan ifisser li mingħajr din l-għajnuna, dawn l-istudenti u familji vulnerabbli kienu jispiċċaw mingħajr aċċess għal edukazzjoni. Dan grazzi għal kumpaniji li laqgħu l-appell għad-donazzjonijiet kemm ta’ apparat kif ukoll finanzjarji. Waqqafna Bord li qed jara s-sitwazzjoni, jilqa’ t-talbiet, jevalwahhom u jieħdu d-deċiżjonijiet. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol huwa mpenjat li jara li t-tagħlim jissokta online sakemm jerġgħu jinfetħu l-iskejjel.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 25981000.
Free computers and internet services
123 tablets and computers on loan and 132 free internet access for 1 year have been given to vulnerable students. This means that without this assistance, these students and families would have missed on online teaching. This is thanks to companies that have accepted the Ministry’s appeal to provide donations of tablets and computers to vulnerable students. We have set up a Board that monitors the situation, welcomes requests, evaluates them and makes decisions. The Ministry of Education and Employment is committed to ensure that learning continues online until schools reopen.
For more information call 25981000.