EducationSchool Initiative

Malta School of Music Prospectus and New Applications

The Malta School of Music has just published its Prospectus for the 2021-2022 scholastic year, and announced that applications are now open, for new students to apply between the 20th and 30th of May.

The School of Music currently caters for 880 students ranging from beginners to higher diploma level. With a strong team of 85 specialised music teachers, the school offers an unrivalled opportunity for any student at any level who would like to delve into the world of music, through accredited or leisure courses.

Each year, the school opens its doors to around 200 new students who apply and are selected through an audition process that identifies musical skills and aptitude, allowing students to choose their best pathway. This year, the school is offering the option for external students to join the school’s Children Choir or Community Choir, and inviting advanced music students to audition for one of the various music ensembles.

Another great opportunity is presented through the new Diplomas in Performance, where apart from the Solo Performance, students may now choose to specialize in Chamber Music or Piano Accompaniment.

The prospectus may be downloaded through the school’s website and facebook page. Applications will be received online between the 20th and 30th of May, through the following site: https://mavc.gov.mt/programme/apply

Link to Prospectus

 

Prospectus tal-Iskola tal-Mużika u Applikazzjonijiet Ġodda

L-Iskola tal-Mużika f’Malta għadha kemm ippublikat il-Prospectus tagħha għas-sena akkademika 2021-2022, u ħabbret li ser tkun qegħda tirċievi l-applikazzjonijiet mill-istudenti l-ġodda bejn l-20 u t-30 ta’ Mejju.

l-Iskola tal-Mużika toffri l-edukazzjoni tagħha għal 880 student li ivarjaw  minn dawk li sejrin jibdew mill-qiegħ  sa dawk li jxitequ jaslu għal livell ogħla f’livell ta’ diploma. B’tim b’saħħtu ta’ 85 għalliem tal-mużika speċjalizzat, l-iskola toffri   opportunita` mhux imxekkla għal kull student fi kwalunkwe livell li jkun jixtieq jidħol bi ħġaru fid-dinja tal-mużika. L-iskola toffri korsijiet akkreditati minn Livell 1 tal-MQF sal-Livell 5 tal-MQF, kif ukoll opportunita` li jingħaqad mal-iskola b’mod komdu lil dawk kollha li jkunu jixtiequ jiffokaw fuq il-pjaċir li taf toffri l-mużika.

Ta’ kull sena l-iskola tiftaħ il-bibien tagħha lil madwar 200 student ġdid li japplikaw u jintagħżlu permezz ta’ process ta’ audition process li jidentifika l-ħiliet u l-inklinazzjonijiet u attitudnijiet  mużikali, li jippermettu lill-istudenti jagħżlu l-aħjar triq tagħhom. Dawk iż-żgħar li jixtiequ jibdew mill-bidu jistgħu japplikaw għall-kors tal-Music Makers, li jkopri studenti bejn sitta u tmin snin, li jkunu iggwidati jagħżlu l-aħjar strument li jkun jgħodd għalihom u jħejjuhom għad-dħul f’Kors Regolari tal-Mużika, li jarahom jiżviluppaw il-ħiliet mużikali tagħhom sal-Livell 4 tal-MQF kemm fit-teorija kif ukoll fil-prattika tal-mużika.

Din is-sena, l-iskola qed toffri l-għażla lil studenti minn barra sabiex dawn ikunu jistgħu jingħaqdu jew  mal-Kor tat-Tfal tal-Iskola jew mal-Kor tal-Kommunita`, u tistieden studenti li diġà` avvanzaw fil-mużika biex jattendu għal audition għal wieħed mid-diversi gruppi mużikali bħalma huma l-baned, chamber ensembles, orkestri ta’ strumenti tal-korda , baned ta’ strumenti bin-nifs jew orkestra sħiħa.

Opportunita` kbira oħra qed tiġi ippreżentata permezz ta’ Diplomi ġodda fil-Prestazzjoni, li fihom apparti il-Prestazzjoni Solo, l-istudenti jistgħu issa jagħżlu li jispeċjaliżżaw fiċ-Chamber Music jew fl-Akkumpanjament bil-Pjanu.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku tal-iskola u minn fuq il-paġna FB, minn fejn wieħed jista’ jniżżel il-prospectus. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu onlajn bejn l-20 u t-30 ta’ Mejju, minn fuq dan is-sit: https://mavc.gov.mt/programme/apply