EducationNational Literacy Agency

Seħer l-Istejjer/The Magic of Stories

Fis-sena skolastika 2020-2021, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qed toffri l-programm ta’ qari għall-gost ‘Seħer l-Istejjer / The Magic of Stories’ permezz ta’ sessjonijiet online bl-użu tal-MS Teams. Dan il-programm tfassal apposta għal tfal ta’ bejn l-erba’ u seba’ snin. L-għan ta’ dan il-programm huwa li jxettel il-ħajra għall-qari u jħeġġeġ fit-tfal l-imħabba għall-kotba.

Fis-sessjonijiet jinqraw stejjer b’mod interattiv u divertenti li jqanqal l-immaġinazzjoni tat-tfal u jgħinhom jiżviluppaw il-ħiliet kritiċi u kreattivi tagħhom. Is-sessjonijiet online jsiru darba fil-ġimgħa, bil-Malti jew bl-Ingliż, fuq firxa ta’ tmien ġimgħat, għall-klassijiet tal-kindergarten u l-ewwel sentejn tal-primarja.

Aktar tagħrif dwar dan il-programm żuru l-paġna tal-Facebook ‘Seħer l-Istejjer / The Magic of Stories’.  Ta’ kuljum qegħdin jittellgħu fuq din il-paġna tal-facebook sessjonijiet ta’ qari għall-gost bil-Malti u bl-Ingliż fit-8:30, d-9:15, l-10:45 u l-11:15 ta’ filgħodu.

 

Filmat: