Hekk kif Novembru jersaq lejn tmiemu, hekk ukoll ħafna mill-inizjattivi li jqajmu l-kuxjenza jimxu marbuta ma’ Pink October u Movember.

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi għal darb’oħra ħadet l-inizjattiva li toħloq opportunitajiet biex tqajjem kuxjenza dwar il-kanċer, u torganizza ġbir ta’ fondi għal kawżi relatati.

Il-fondi nġabru permezz ta’ attivitajiet organizzati fiċ-ċentri taċ-Childcare, tal-Klabb 3-16, u wkoll fl-Uffiċċju Prinċipali tal-FES. Dawn l-attivitajiet enfasizzaw l-importanza ta’ stil ta’ ħajja b’saħħtu, u li jgħinu lil oħrajn fil-bżonn. .

Din is-sena dan l-isforz kollettiv laħaq is-somma sabiħa ta’ €2000, li ngħatat lil Hospice Malta. Is-CEO tal-FES Michael Bondin ippreżenta s-somma liċ-Chief Relations Officer ta’ Hospice Malta, is-Sur Andrew Zammit. Is-Sur Zammit irringrazzja lill-kontributuri kollha u tkellem dwar kif il-fondi se jikkontribwixxu biex jgħinu lill-Hospice Malta tkompli toffri s-servizzi tagħha lill-għadd dejjem jikber ta’ pazjenti morda bil-kanċer li jeħtieġu l-għajnuna, speċjalment fil-kura palljattiva.

____________________________

As November draws to close, so do many of the awareness raising initiatives tied to Pink October and Movember.

The Foundation for Educational Services once again took it upon itself to  create opportunities to raise awareness about cancer, and creating fund raising opportunities for related causes.

Funds were collected in a three-way approach, as service users and staff in the Childcare and Klabb 3-16 Centres, and staff members at Head Office, organised different activities that highlighted the importance of a healthy lifestyle, and of helping others in need.

This year this collective effort reached the handsome sum of €2000, which was donated to Hospice Malta. The FES CEO Michael Bondin presented the sum to the Chief Relations Officer of Hospice Malta, Mr Andrew Zammit. Mr Zammit thanked all the contributors and spoke about how the funds will contribute to help Hospice Malta continue to offer its services to the increasing number of cancer patients that need help, especially in palliative care.