L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qiegħda toffri li tieħu r-riżorsi, li l-edukaturi jissellfu miċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Litteriżmu f’Malta u Għawdex, fl-iskola jew id-dar tagħhom.
It-talba għas-self issir permezz ta’ ittra elettronika li fiha jridu jingħataw id-dettalji ta’ min se jissellef u ritratt ċar tal-karta l-ħamra ta’ Malta Libraries (min m’għandux jista’ juża l-karta tal-identità tiegħu), u d-dettalji tar-riżorsi mixtieqa. Biex tkunu tafu x’riżorsi hemm fiċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Litteriżmu idħlu f’din il-ħolqa https://education.gov.mt/en/nationalliteracyagency/Pages/Units/Literacy-Resource-Centres.aspx fejn wieħed jista’ jsib il-katalgu taċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Litteriżmu.
Min jixtieq jikkuntattja lill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu biex jistaqsi fuq iċ-Ċentru tar-Riżorsi ta’ Malta jista’ jagħmel dan billi jibgħat ittra elettronika lil-[email protected] jew billi jċempel 2598 3317.
Għaċ-Ċentru tar-Riżorsi ta’ Għawdex, l-informazzjoni tinkiseb minn [email protected] jew billi ċċempel 2598 2089.
Iċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu ta’ Malta jkun miftuħ fil-jiem u l-ħinijiet t’hawn taħt:
Fix-xitwa (1 Ottubru-15 Ġunju) |
It-Tnejn, l-Erbgħa, u l-Ġimgħa
mit-8.30 sal-16.30 |
It-Tlieta u l-Ħamis mit-8.30 sas-18.30 |
Iċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu t’Għawdex ikun miftuħ fil-jiem u l-ħinijiet t’hawn taħt:
Fix-xitwa (1 Ottubru-15 Ġunju) |
It-Tlieta u l-Ħamis mis-14.30 sal-16.30 |
Is-Sibt mid-9.00 sal-11.00 |
Nixtiequ nfakkrukom li huwa illegali li persuna tissellef kotba b’karta tal-identità jew bil-karta ta’ Malta Libraries ta’ ħaddieħor mingħajr il-permess bil-miktub ta’ dik il-persuna.
Resources for Educators from the Literacy Resource Centres
The National Literacy Agency is offering to deliver the resources borrowed by educators from its Literacy Resource Centres in Malta and Gozo to their schools or homes.
The loans can be requested through an email where the borrowers give their details and provide a clear photo of the red borrowing card from Malta Libraries (those who do not have this card can utilise their ID card), and the details of the desired resources. To access information on the resources available at the Literacy Resource Centres one may click here: https://education.gov.mt/en/nationalliteracyagency/Pages/Units/Literacy-Resource-Centres.aspx to find the catalogues.
If you want to contact the National Literacy Agency to learn more about the Resource Centre in Malta, you can email us at [email protected] or by telephone on 2598 3317.
The information about the Resource Centre in Gozo can be sought at [email protected] or by telephone on 2598 2089.
The Literacy Resource Centre in Malta opens on the days and times below:
Winter (1st October-15th June) |
Monday, Wednesday and Friday
from 8.30 till 16.30 |
Tuesday and Thursday from 8.30 till 18.30 |
The Literacy Resource Centre in Gozo opens on the days and times below:
Winter (1st October-15th June) |
Tuesday and Thursday from 14.30 till 16.30 |
Saturday from 9.00 till 11.00 |
You are being reminded that it is illegal for a person to borrow books with another person’s ID card or Malta Libraries card without that person’s written consent.