Din il-ġimgħa ċċelebrajna s-suċċess tal-istudenti tal-Kindergarten, fi ħdan il-Kulleġġ Santa Margerita. Nibqgħu nsostnu fuq l-importanza li ngħinu lit-tfal biex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom. Nemmnu li hemm modi differenti ta’ kif għandu jsir it-tagħlim fis-snin bikrin. Minn attivitajiet fil-klassi, dawn l-istudenti żgħar marru ġo ħanut tax-xagħar u ħadu l-mazz f’idejhom! Iggwidati minn edukaturi bravi, it-tfal kienu kapaċi juruna xi jsir f’ħanut tax-xagħar u proprju minn hemm komplew biż-żifna tagħhom fuq il-palk tal-iskola! Dan huwa mod sabiħ u effettiv ta’ kif jiġi żviluppat il-ħsieb kritiku minn eta’ ċkejkna. Grazzi kbira lill-edukaturi kollha li qed jagħmlu d-differenza u qed jagħtu l-għodda meħtieġa lil dawn iċ-ċkejknin. Ejjew inħarsu lejn il-kuntentizza tat-tfal u ngħożżuha!








