Il-Promoturi tal-Qari hija attività mtellgħa mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu permezz tat-Taqsima tal-Libreriji tal-Iskejjel (LISU). L-għan ewlieni ta’ din l-attività huwa li tippremja l-isforz li jkun sar fil-qari mill-istudenti tas-seba’ sena kemm fl-iskejjel tal-istat kif ukoll f’dawk tal-knisja u indipendenti. Bħal kull sena, din iċ-ċerimonja saret waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, nhar l-Erbgħa, 5 ta’ Novembru, fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Fieri u l-Konvenzjonijiet.

Is-seba’ sena tal-iskola hija sena importanti għax għal ħafna tfal din tkun l-ewwel sena fejn ikunu qegħdin jiltaqgħu mal-librerija tal-iskola li b’differenza mil-librerija pubblika, il-mira tagħha huwa it-tfal tal-iskola stess u l-iżvilupp akkademiku u letterarju tagħhom.

Din l-attività ilha ssir mill-2016 u bħala medja jieħdu sehem madwar 30 skola kull sena u medja ta’ 90 student tas-seba’ sena. Il-premjijiet jinqasmu fuq tliet kategoriji: Deheb, Fidda u Bronż.

Il-premju tal-kategorija tad-Deheb jingħata lill-aħjar qarrejja jiġifieri lil dawk it-tfal li jkunu ssellfu u qraw l-aktar kotba mil-librerija tal-iskola tagħhom matul is-seba’ sena tagħhom. Dawn it-tfal jiġu nnominati mill-għalliema-librara stess.

Il-premju tal-kategorija tal-Fidda jingħata lill-aqwa promoturi tal-qari jiġifieri dawk it-tfal li jħeġġu lil sħabhom jissellfu l-kotba favoriti tagħhom mil-librerija tal-iskola biex jaqrawhom sħabhom ukoll. Dawn it-tfal jiġu nnominati mill-għalliema tal-lingwi tal-istess skola.

Il-premju tal-kategorija tal-Bronż jingħata lill-dawk it-tfal li jkunu għamlu sforz biex itejbu l-ħiliet tal-qari tagħhom u dawn ikunu nnominati mill-Kapijiet tal-Iskejjel jew xi delegati tagħhom.

Din is-sena ġew ippremmjati 102 student minn 34 skola differenti tal-istat, tal-knisja u indipendenti. Mill-2016 sal-2025 ġew ippremjati 928 student għall-isforz tagħhom biex ixerrdu l-imħabba tagħhom lejn il-qari.

L-istudenti Promoturi tal-Qari ta’ kull skola kienu dawn:

 

 

L-Aħjar Qarrej/ja L-Aqwa Promotur tal-Qari Il-Qarrej/ja li tgħallem/met j/taqra aħjar
Skola Premju tad-DEHEB Premju tal-FIDDA Premju tal-BRONŻ
Kulleġġ t’Għawdex, Skola Medja Kan. Agius de Soldanis, Rabat Suri Saliba Amaya Muscat Luke Formosa
Kulleġġ Maria Regina, Skola Medja Stefano Zerafa, In-Naxxar Radmilla Drozd Sophie Grace Clarke Laura Moreno Villarreal
Kulleġġ San Benedittu, Skola Medja Dr Maria Sciberras, Ħal Kirkop Noah Cutajar Kenzie Cassar Mia Celeste
Kulleġġ Santa Klara, Skola Sekondarja Sir Adrian Dingli, Pembroke Sofiia Kuvichkina Leon Belevski Vigo Rantusa
Kulleġġ San Ġorġ Preca, Skola Medja Maria Regina, Blata l-Bajda Bianca Louise Lagrata Lee Mula Zvea Bonnici
Kulleġġ San Injazju , Skola Medja Prof. Edward De Bono, Il-Ħandaq Mirko Aquilina Esther Bezzina Hailey Borg
Kulleġġ Santa Margerita, Skola Medja Erin Serracino Inglott, Bormla Leah Benomer Law Lorraine Pisani Elhaida Borg Zerafa
Kulleġġ San Nikola, Skola Medja Kan. P. Pullicino, Ir-Rabat Leonid Yevdokymov Federica Chetcuti Aaliayh Debono
Kulleġġ Santa Tereża, Skola Medja Vincenzo Borg Brared, Birkirkara Isabella Eileen Lucica Aji Fana Jum Loyd Taliana
Kulleġġ San Tumas More, Skola Medja u Sekondarja Carlo Diacono, Iż-Żejtun Esther Calleja Noah Stivala Naomi Dimech
Kulleġġ San Tumas More, Skola Medja Maria Goretti, Ħal Tarxien Radhua Tamara Aly Soleil Sophia Polidano Saleh Mohamad Mahmoud
Kulleġġ San Tumas More, Skola tal-Arti Viżiva u Performattiva Miguel Xuereb Nyall Zammit Delia Alicia Zerafa
Skola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof Klara Stellini Riley Cefai Ilaria Bugeja
Skola Sekondarja Immaculate Conception Krista Micallef Jaelle Marie Cacciattolo Mariel Caligari Conti
Our Lady Immaculate School, Il-Ħamrun Julia Xuereb Emily Kaye Aquilina Ella Borg
Sacred Heart College Senior School Mololuwa Eyitayo Adeboye Haoija Yan Celine El-Kafas
Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù, Għawdex Jake Said Nick Refalo Eli Xuereb
Savio College Andrea Agius Cosby Daniel Vella Daniel Joachim Pace
St Aloysius College Zack Spiteri Liam Vella Luca Grech
St Augustine College Adam Chircop Jayden Gatt Julian Camilleri
St Dorothy’s Senior School Kate Prasel Caruana Sophie Heath Aimee Gauci
St Edward’s College Matthew Barbara Thomas Richards Deiyan El Abdullah
St Elias College Jack Portelli Aiken Barbara Alex Xuereb
St Joseph School, Blata l-Bajda Emma Battistino May Vella Elena Farrugia
St Joseph School, Mater Boni Consilii, Paola Emily Saliba Kelly Scerri Zaida Fava
St Joseph Senior School, Tas-Sliema Annika Cortis Amy Grech Julia D’Agostino
St Monica School, Birkirkara Amber Sophie Giordimaina Emily Galea Keira Faith Bugeja
St Monica School, Il-Gżira Kylie Zammit Marilyn Ellul Giuliana Borg
St Patrick’s Salesian School Mason Mallia Gerada Ayden Jon Agius John Gauci
St Paul’s Missionary College, Senior School Thomas Cilia Francesco Bonett Leonardi Nikolai Jovicin
Mediterranean College of Sport Arabella Borgia Jean Marc Micallef Benjamin Muscat
San Anton School Emily Farrugia Luke Saliba Maya Hensel
St Martin’s College Emily Caselli Melissa Li Midori Mark
St Michael Foundation David Carabott Martina Morreale Ana Vella