F’isem il-Membri tal-Kumitat Soċjali qed infakkru Jum id-Duluri nhar il-Ġimgħa, 31 ta’ Marzu 2023.

Għal matul dawn il-ġranet tar-Randan nixtiequ naqsmu magħkom poeżija b’sunett miktuba minn Mons. Charles Scicluna:

Id-dalma xxoqq il-blata tal-qorriegħa,
u d-dmugh mad-demm iserrep għal ġox-xquq.
Ix-xita tkarwat bikja ta’ mogħdrija
biex trattab qalb l-ilpup illi salbuh.

U inti, o mara ġwejda b’sejf minfudha
tħares lejn Ibnek safi fuq salib,
tilmah lil dak li b’kelmtu sawwar kollox
imut itturufnat għajr għal ħabib.

Biss lilek kellu ma’ xi nisa twajba
li ma beżgħux mill-għajb u lsien in-nies.
U lilek ra bil-ħarsa kiebja tiegħek
titfagħlu l-bews tal-omm li tħobb bla qies.

Kun int, o omm, li tfarraġ il-qlub tagħna;
kun int, Duluri, kenn fin-niket tagħna
.