EducationMEYR

Infakkru l-Ġimgħa l-Kbira

F’isem il-Membri tal-Kumitat Soċjali qed infakkru l-Ġimgħa l-Kbira, 7 ta’ April 2023.

Għal matul din il-Ġimgħa tal-Ġimgħa l-Kbira nixtiequ naqsmu magħkom strofa mill-poema Il Jien u lil hinn minnu miktuba minn Dun Karm:

“Kulħadd imsallab, għaliex Kristu msallab;

Hu il-mudell; u min fit-tjieba tiegħu

sawwar il-għaġeb tal-ħolqien u ħadem

f’ġisem il-bniedem dik in-nisġa mżewqa

ta’ għadam, dgħif, għeruq u demm u nervi

li jwieġbu ħelu għall-amar tar-rieda,

ħeba ġo dak it-trab żerriegħa ċkejkna

nebbieta tas-salib; u ma’ kull ħajja

ta’ bniedem tikber dik is-siġra mħattba

u twarrad għali, niket, dmugħ u dwejjaq

bla tarf, sakemm fuq dik il-għuda ħarxa

tintemm il-ħajja li nisslitha. Iżda

mhux għalhekk għandu l-bniedem jitlef għaqlu

u jħares ikreh lejn is-sema. Siġra

imsoqqija mill-għajn ta’ ħniena kbira

is-siġra tas-salib, u mill-ward tagħha

jitnissel l-hena kbir ta’ ħajja ħielsa.”