EducationSchool Initiative

52 student itemmu kors tal-Arti Performattiva

Studenti fil-Kulleġġ ta’ San Benedittu f’Ħal Kirkop iċċelebraw is-suċċess tagħhom fil-Performing Arts Diploma Course bl-istess livell ta’ wħud mill-korsijiet tal-istudenti fl-MCAST.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima ppreżenta ċ-ċertifikati lill-istudenti tal-kors tal-Arti Performattiva, u saħaq li, “meta l-Kap tal-iskola flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-MCAST kienu qed jiddiskutu u jippjanaw il-partnership bejn l-MCAST u l-iskola fl-oqsma tal-IT u Engineering, ma setax jonqos li f’dan il-proġett jidħol ukoll is-suġġett tal-Performing Arts. Jidher li dan irnexxa tant li din is-sena qed niċċelebraw it-tieni sena u b’hekk l-istudenti għalqu is-sentejn ta’ dan il-kors filwaqt li għandna ukoll grupp ieħor li temmew b’suċċess l-ewwel sena ukoll.”

Dan is-suġġett, tal-Arti Performattiva, jgħin lill-istudenti fil-kapaċità tagħhom, jkunu kapaċi jagħmluha fi gruppi, jiżviluppaw l-ideat tagħhom, jaqsmu l-ideat tagħhom, jagħrfu jagħżlu l-ideat liema jkunu l-aħjar u li jagħmlu sens fix-xogħol tagħhom, u fl-istess ħin, dawn l-istudenti jifhmu wkoll l-ħtieġa li jkunu assertivi.

Permezz ta’ dan is-suġġett, l-istudenti mhux biss qed jieħdu pjaċir li jinvolvu ruħhom f’dawn l-attivitajiet, mhux biss qed jitgħallmu ħafna lil hinn mill-klassi b’dak kollu marbut mal-palk bħalma huma life skills, imma issa dawn l-istudenti qed jiġu akkreditati mill-MCAST

Dawn il-kwalifiki huma ekwivalenti għall-korsijiet li jsiru fit-tieni jew fit-tielet Livell tal-MCAST.