Ministry for EducationSchool InitiativeUncategorized

1400 Studenti tal-Mużika se Jibbenefikaw minn Kollaborazzjoni Inter-Ministerjali

Illum ġie iffirmat memorandum ta’ ftehim bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Ministeru tal-Wirt Nazzjonali, Arti u Gvern Lokali. Dan il-memorandum jiffoka speċifikament fuq l-inkoraġġiment ta’ kollaborazzjoni iktar b’saħħitha bejn il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli  (MAVC) u l-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta (MPO). Studenti tal-Mużika li jattendu fl-iskejjel tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, li jinkludu l-Iskola tal-Mużika f’Malta u l-Iskola tal-Arti Viżiva u Performattiva f’Għawdex, u l-iskola Sekondarja tal-Arti Viziva u Performattiva f’Malta; se jibbenefikaw billi jkollhom aċċess għall-kunċerti professjonali,  provi u masterclasses organiżżati mill-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta.

Ser jitwaqqaf ukoll Grupp ta’ Ħidma magħmul miż-żewġ entitajiet sabiex dan isaħħaħ u jiżviluppa l-proviżjoni tat-tagħlim tal-Mużika fil-gżejjer Maltin sabiex jiġu pprovduti aktar opportunitajiet għall-mużiċisti żgħar u sabiex jippromovu il-kontinwita` mill-eta` bikrija tat-tagħlim tal-mużika għad-dinja ta’ prestazzjoni professjonali tal-mużika.

Il-Memorandum ġie iffirmat mis-Segretarji Permanenti rispettivi Dr Francis Fabri u s-Sra Joyce Dimech fil-preżenza taż-żewġ ministri: l-Hon. Dr José Herrera u l-Hon Dr Justyne Caruana.

1400 Students of Music to Benefit from Inter-Ministerial Collaboration

A memorandum of understanding was signed today between the Ministry for Education and the Ministry for the National Heritage, the Arts and Local Government. The MoU specifically focusses on encouraging a stronger collaboration between the Mikiel Anton Vassalli College (MAVC) and the Malta Philharmonic Orchestra. Music students attending MAV College schools, including the Malta School of Music, Gozo VPA School and the Malta Visual and Performing Arts School, will benefit from having access to professional concerts, rehearsals and masterclasses organized by Malta’s national orchestra.

A Working Group will also be set up between the two entities to strengthen and develop the provision of music education on the Maltese islands in order to provide further opportunities for young musicians and so as to promote continuity from their early years of musical education to the professional world of music performance.

The MoU was signed by the respective permanent secretaries’ Dr Francis Fabri and Ms Joyce Dimech in the presence of the two Ministers: Hon. Dr José Herrera and Hon Dr Justyne Caruana.