Il-Ħamis 4 ta’ Frar 2021 il-Ministeru għall-Edukazzjoni ressaq ittra uffiċjali quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili b’rabta mad-direttivi maħruġa mill-Union of Professional Educators (UPE) li jmorru kontra ftehim ad hoc milħuq mill-Ministeru mal-union li tgawdi l-għarfien ewlieni waqt il-perjodu tal-pandemija tal-COVID-19. Wara numru ta’ laqgħat li l-Ministeru sejjaħ u li kellu mat-tmexxija tal-UPE dwar il-ftehim ikkomunikat mal-iskejjel permezz taċ-Ċirkolarijiet DES 3/2021, DES 28/2020, DES 31/2020, DES 32/2020, il-UPE baqgħet toħroġ direttivi li jmorru kontra dan il-ftehim bir-riskju li klassijiet tat-tfal fl-iskejjel primarji ma jkollhox għalliema li jissostitwixxu temporanjament lill-għalliema tal-klassi waqt li tkun qiegħda fuq leave ta’ kwarantina jew fuq sick leave.
Dan il-ftehim milħuq jissalvagwardja t-tagħlim għat-tfal u l-istudenti fl-iskejjel tagħna, u biex b’din il-miżura, fost oħrajn li ttieħdu waqt din il-pandemija, l-iskejjel ikunu jistgħu jinżammu miftuħin.
Il-Ministeru jibqa’ japprezza u jirringrazzja lill-edukaturi u lill-impjegati tal-iskejjel għas-sehem li qed jagħtu matul din il-pandemija wkoll, waqt li jibqa’ jappella favur it-tagħlim u l-impenn kollu meħtieġ fl-iskejjel u biex dan ma jixxekkilx b’azzjonijiet li fiċ-ċirkostanza ma jagħmlux ġid biex it-tagħlim ikun jista’ jissokta waqt dawn iċ-ċirkostanzi li fihom infushom m’humiex faċli.
Kayden Tabone yr4_2 Imqabba (002)