L-iskola Primarja ta’ Birkirkara fi ħdan il-Kulleġġ Santa Tereża ipparteċipat fil-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart 2020 / European Week for Waste Reduction 2020 b’kampanja onlajn. L-inizjattiva kienet tifforma parti minn attivitajiet li ttellgħu minn bosta għaqdiet, kumpanniji u entitajiet edukattivi minn madwar l-Ewropa kollha.
L-istudenti tal-iskola Primarja Birkirkara ppreparaw u ppubblikaw posters dwar it-tema ambjentali b’ideat dwar kif kull wieħed u waħda minnhom setgħu jpoġġu fil-prattika t-tliet 3s : Reduce – Reuse – Recycle (Naqqas – Erġa’ -Uża – Irriċikla)
Matul il-ġimgħa tal-EWWR 2020 ġie maħtur il-kumitat il-ġdid tal-EkoSkola permezz ta’ votazzjoni minn fost l-istudenti; tnediet il-verżjoni ġdida tal-Eco-Code tal-iskola; intbagħtu leaflets informattivi dwar l-istess tema permezz ta’ email lill-ġenituri u membri tal-istaff u fi tmiem il-kampanja ntbagħat b’email, eBook lill-istudenti kollha ntitolat ‘’52 Pass għal Belt aktar Ekoloġika’’ ppubblikat mill-Kummissarju tal-Ambjent fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea.