EducationSchool Initiative

Ġest nobbli mill-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal-Kirkop

Minkejja li l-pandemija ġabet ħafna restrizzjonijiet magħha, l-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal-Kirkop, baqgħet iżżomm il-filantropija fuq quddiem tal-aġenda tal-iskola. F’Ottubru u Novembru saru żewġ casual days marbuta ma’ Pink October u Movember. L-istaff u l-istudenti kienu liberi jagħtu donazzjoni u dan wassal sabiex inġabret is-somma ta’ €1228.21.  Fl-aħħar jiem din is-somma kienet preżentata lill-Kap Eżekuttiv ta’ Hospice Malta Kenneth Delia mis-Surmast tal-iskola Adrian J. Galea. Is-Sur Delia filwaqt li rringrazzja lill-iskola tal-impenn tagħha, spjega kif din is-somma ser tkun qed tgħin biex ikompli jitwettaq il-proġett St Michael Hospice. Dan il-proġett ambizzjuż diġà nbeda x-xogħol fuqu u huwa stmat li ser jiġi jiswa ’l fuq minn tnax-il miljun ewro. Bil-proġett St Michael Hospice, se jkunu qed jitkabbru l-faċilitajiet u s-servizzi diġà offruti mill-Hospice Malta sa mill-1989. Is-Sur Galea awgura li dan il-proġett, li hu maħsub li jitlesta lejn l-aħħar tas-sena d-dieħla, isaħħaħ is-servizzi u l-kontribut li Hospice Malta dejjem tat lill-pazjenti ta’ mard serju.

 

Notwithstanding all the restrictions caused by the Covid pandemic, St Benedict College Secondary, Kirkop has adhered to its philantropic ideals.  Two casual days were held during the months of October and November to raise awareness re Pink October and Movember.  Members of staff and students alike were free to donate any amount of money they wanted to.  The sum raised was that of €1228.21.  The Head of school, Adrian J. Galea, presented these funds to Kenneth Delia, CEO for Hospice Malta. Mr Delia thanked all those involved for taking the initiative to raise the money in aid of a project that  Hospice Malta has just undertaken.  Works are already underway to build St Michael Hospice, the completion of which will cost around twelve million euros.  This new building will hold extensive facilities and as a result the services offered by Hospice Malta since 1989 will increase.  Mr Galea expressed his best wishes that on completion of this project by the end of next year, Hospice Malta will be in a better position to help more patients suffering from serious illnesses.