Tixtieq tfittex xi lezzjoni ta’ xi suġġett mgħallem fil-primarja, fil-medja jew fis-sekondarja? Żur is-sit teleskola.mt Sib ‘Recorded Lessons’ u għafasha Fittex il-lezzjoni li tixtieq issib Il-lezzjonijiet huma aċċessibbli għal kulħadd, il-ħin kollu, kuljum, il-ġimgħa kollha u bla ħlas. Sa issa: ittellgħu madwar 5,800 lezzjoni ta’ suġġetti mgħllma fil-primarja, fil-medja u fis-sekondarja, aktar minn 2,000 siegħa ta’ lezzjonijiet rrekordjati aktar minn 3,600 lezzjoni jinkludu riżorsi li jistgħu jitniżżlu (downloadable) kuljum qed ikunu rrekordjati bosta lezzjonijiet ġodda u jittellgħu kuljum fuq teleskola.mt biex jiżdiedu ml-bqija ‘il fuq minn 45,000 kull xahar iżuru teleskola.mt ‘il fuq minn 180,000 ta’ aċċess għal-lezzjoni qed isiru kull xahar