Huwa ta’ unur li nsemmu inizjattiva sabiħa li ħadu l-iskola Primarja Żejtun B rigward il-Konferenza għall-Għaqda Nazzjonali li saret dan l-aħħar fuq inizzjattiva tal-Eċċellenza Tiegħu il-President ta’ Malta, Dr George Vella.

Għal dan il-għan, l-istudenti intallbu joħorġu d’ideat li jistgħu jikkontribwixxu għal din il-konferenza.

It-tfal tar-4 Sena, partikolarment ħarġu b’bosta ideat li intbgħatu lil Uffiċċju tal-President.  Il-President mhux biss u semmienhom fid-diskors, iżda li saħansitra ippubblika x-xogħol tat-tfal fil-ktieb ufficjali (anness; paġna 105, 106).

Prosit tassew lil kull min ħadem biex dan jitwettaq.

Konferenza Nazzjonali