EducationNational Literacy Agency

Naqraw Flimkien / Let’s Read Together

F’Novembru 2020 l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu nediet librerija ta’ filmati ‘Naqraw Flimkien / Let’s Read Together’. Din il-librerija toffri sessjonijiet ta’ qari għall-gost irrekordjati għal tfal minn trabi sa 11-il sena. Dawn is-sessjonijiet saru bil-Malti u bl-Ingliż mill-animaturi tal-qari tal-Aġenzija. S’issa ġew mislufa 3400 il-vidjow, 1174 bil-Malti u 2226 bl-Ingliż.

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qiegħda toffri l-librerija virtwali lill-edukaturi u lill-ġenituri/kustodji tat-tfal kollha minn trabi sa 11-il sena. Min japplika jkun jista’ jissellef żewġ sessjonijiet, waħda bil-Malti u oħra bl-Ingliż, kuljum. Dawn il-filmati huma bla ħlas imma jistgħu jintużaw għal tliet sigħat biss. L-edukaturi u l-ġenituri/kustodji huma mistiedna jagħżlu s-sessjonijiet minn dawn il-katalgi: https://education.gov.mt/en/nationalliteracyagency/Pages/Resources/Lets-Read-Together.aspx

Filmat: https://vimeo.com/548850375