L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu nediet sensiela ta’ animazzjonijiet viżivi magħmula apposta għat-tfal ċkejknin bl-isem ta’ Emme.

Kull episodju jittratta sitwazzjoni jew avventura li fiha hemm Emme bħala protagonista. Emme huwa merill li għadu żgħir ħafna. Għadu kif beda jmur l-iskola u qed jitgħallem kif iġib ruħu ma’ sħabu. Dawn huma sitwazzjonijiet li t-tfal żgħar jistgħu jirrelataw magħhom permezz ta’ dawn l-animazzjonijiet viżivi. Il-kitba hija ta’ Clare Azzopardi, id-disinji u l-animazzjoni ta’ Matthew Stroud, in-narrazzjoni ta’ Kenneth Scicluna u l-mużika ta’ Maria Mifsud. Il-produzzjoni saret għall-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.

Għal aktar episodji dwar Emme, wieħed jista’ jżur l-istazzjon tal-YouTube L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu:

 

Cartoons bil-Malti – YouTube