Din-sena l-Fundazzjoni għal Servizzi Edukattivi tfakkar l-20 sena mit-twaqqif tagħha. Matul is-snin ibbenefikaw eluf ta’ tfal u studenti mis-servizzi offruti mill-impjegati u t-tmexxijiet tal-Fundazzjoni.
Grazzi għall-ħidma li saret matul is-snin minn dawk kollha involuti, il-Fundazzjoni għal Servizzi Edukattivi kompliet tissaħħaħ.
Fil-fatt żdiedu:



Illum Klabb 3-16 huwa offrut fi 28 ċentru filwaqt li Skolasajf kisbet rekord ta’ 12,000 student li rreġistraw f’sajf wieħed biss.
Dan kollu jirrifletti wkoll li fl-2019 Malta kellha 38.6% rata ta’ parteċipazzjoni fiċ-childcare, li hija 5.5 punti perċentwali aktar mill-mira ta’ Barċellona għall-2020.
Kuntenti li bl-ippjanar u bl-iżvilupp li għamilna fil-bidu tal-2020 tal-Qafas ta’ ħames (5) xenarji possibbli ta’ ftuħ waqt il-pandenija:



Dan kollu mhux it-tmiem iżda huwa parti minn vjaġġ ta’ tiġdid edukattiv li permezz tiegħu naraw li jkomplu jissaħħu u jitjiebu s-servizzi biex jintlaħqu dejjem aktar tfal u studenti u biex ilkoll isibu l-bibien miftuħin għalihom.
