Qegħda ssir riferenza għal ħames applikazzjonijiet għal dmirijiet ta’ superviżjoni:
1. Superviżjoni tal-Wasla Filgħodu – Din is-superviżjoni tapplika għall-impjegati tal-iskejjel
primarji, medji u sekondarji. Is-Superviżjoni tal-Wasla ssir qabel ma tibda l-ġurnata tal-iskola. Dawn is-superviżuri se jwettqu dmirijiet fid-daħliet tal-iskola.
2. Superviżjoni tal-Ħruġ Wara Nofsinhar – Din is-superviżjoni tapplika għall-impjegati tal-iskejjel primarji, medji u sekondarji, u ssir fi tmiem il-ġurnata tal-iskola. Dawn is-superviżuri se jwettqu d-dmirjiet tagħhom fil-ħin tal-ħruġ tal-istudenti.
3. Superviżjoni f’Żoni Magħżula (Żona Komuni / Klassi) – Din is-superviżjoni tapplika għall-impjegati tal-iskejjel primarji, medji u sekondarji. Is-Superviżjoni taż-Żona Magħżula ssir filgħodu qabel ma tibda l-ġurnata tal-iskola. Dawn is-superviżuri jissorveljaw studenti f’żoni komuni u klassijiet qabel ma jibdew il-lezzjonijiet.
4. Superviżjoni ta’ Sostituzzjonijiet li jaqbżu s-Sigħat ta’ Tagħlim skont il-ftehim MUT
(applikabbli biss għall-għalliema bil-warrant) – Din is-superviżjoni tapplika għall-għalliema tal-iskejjel medji u sekondarji fil-pussess ta’ warrant. Din is-superviżjoni ta’ sostituzzjoni ssir matul il-ġurnata tal-iskola għal-lezzjonijiet skedati. Is-superviżjoni tal-istudenti titħallas ladarba l-għalliem fil-pussess ta’ warrant jaqbeż is-sigħat ta’ tagħlim
kif stipulat fil-ftehim bejn il-Gvern u l-MUT.
5. Superviżjoni Abbord it- Trasport tal-Iskejjel – Din is-superviżjoni tapplika għar-rotot tat-trasport tal-iskejjel li għandhom abbord studenti tal-kindergarten, u ssir kemm qabel tibda l-ġurnata tal-iskola kif ukoll wara li tintemm il-ġurnata tal-iskola.
L-applikazzjoni għat-tipi kollha ta’ superviżjoni issa hija miftuħa għall-edukaturi u l-gradi ġenerali fl-Iskejjel tal-Istat. Id-deskrizzjoni u d-dmirijiet tas-superviżjoni jistgħu jinstabu fl-anness għal din iċ-ċirkulari.
L-applikazzjonijiet huma aċċessibbli permezz tal-link li ġejja: https://forms.office.com/r/msF6z5BW4i
L-edukaturi u l-gradi tas-servizz ġenerali għandhom japplikaw għal kull tip ta’ superviżjoni f’ordni ta’ preferenza. Il-Kapijiet tal-Iskola għandhom jagħtu l-ewwel preferenza lill-edukaturi meta jkunu qed iqassmu l-membri tal-istaff għad-dmirijiet ta’ superviżjoni u t-tqassim tassuperviżjoni għandu jkun ġust u bl-istess mod għal kulħadd. Il-Gradi Ġenerali li jwettqu dmirijiet ta’ superviżjoni waqt il-ħinijiet tax-xogħol normali tagħhom ma jitħallsux żejjed.
L-applikazzjonijiet jibqgħu miftuħa sal-Ġimgħa 17 ta ’Settembru 2021 f’nofsinhar.
Reference is made to five applications for supervision duties:
1. Arrival Supervision – This supervision applies for primary, middle and secondary schools’ employees. Arrival Supervision is performed before school day starts. These supervisors will perform duties at the entrances of the school.
2. Dismissal Supervision – This supervision applies for primary, middle and secondary schools’ employees. Dismissal Supervision is performed after school day ends. These supervisors will perform duties at dismissal time.
3. Designated Area (Common Area/Class) Supervision – This supervision applies for primary, middle and secondary schools’ employees. Designated Area Supervision is done in the morning before the school day begins. These supervisors will supervise students in common areas and classrooms before lessons begin.
4. Replacement Supervision Over and Above Teaching Load as per MUT agreement (applicable only
for warranted teachers) – This supervision applies for middle and secondary schools’ warranted teachers. This replacement supervision is done during the school day for timetabled lessons. Student supervision is paid once the warranted teacher exceeds the teaching load as stipulated in the GOV-MUT agreement.
5. Onboard School Transport Supervision – This supervision applies to school transport routes that
have kindergarten students on board and is performed both before the school day starts and after the school day finishes.
The application for all types of supervision is now open for educators and general grades within State Schools.
Supervision description and duties can be found in the annex to this circular. Applications are accessible through the following link: https://forms.office.com/r/msF6z5BW4i
Educators and general service grades need to apply for all type of supervision in order of preference. Heads of School are to give first preference to educators when rostering staff for supervision duties and rostering should be made fair and evenly distributed to all. General Grades performing supervision duties within their normal working hours do not get paid extra.
Applications will remain open until Friday 17th September 2021 noon.
DS&S 249 2021 Deskrizzjoni Superviżjoni DS&S 249 2021 Supervision Description