Nhar is-Sibt 16 ta’ Ottubru 2021 l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tat għotja ta’ mitt ktieb bil-Malti u bl-Ingliż lill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq fl-inawgurazzjoni ta’ Librerija fl-Apert.

Din il-librerija hija waħda minn tlettax-il Librerija fl-Apert li ġew inawgurati f’diversi lokalitajiet bejn l-2018 u l-2021.  Matul dawn l-erba’ snin l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qassmet 944 ktieb bil-Malti u bl-Ingliż f’dawn il-libreriji. L-għan ta’ dan hu li t-tfal u l-kbar ikunu jistgħu jaqraw il-kotba fil-ġonna pubbliċi inkella joħduhom id-dar u wara jirritornawhom f’posthom jew iqiegħdu kotba oħrajn minflokhom.