EducationMinistry for Education

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 – il-Ħanut tal-Kotba jiftaħ għall-pubbliku għada!

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 – Il-Ħanut tal-Kotba jiftaħ għall-pubbliku minn għada, l-Erbgħa 5 ta’ Novembru, bi programm ta’ avvenimenti varjat li jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ 40 esebitur. Wara l-edizzjoni virtwali tas-sena l-oħra, il-Festival reġa’ lura b’mod fiżiku filwaqt li xorta waħda żamm element online. Fil-fatt illejla se tixxandar online ukoll iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet tal-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adolexxenti, li fl-istess ħin tkun għaddejja b’mod fiżiku mill-MFCC. Tista’ ssegwi ċ-ċerimonja mis-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jew mill-paġna tal-Facebook tiegħu.

Il-programm tal-attivitajiet fih aktar minn 70 attività u avvenimenti tajbin għal udjenzi ta’ kull età, fosthom tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, laqgħat mal-awturi, gruppi ta’ ħidma u diskussjonijiet, kif ukoll damma ta’ attivitajiet għat-tfal. Fost il-mistiedna internazzjonali tal-Festival insibu lill-awtur ċelebri Skoċċiż ta’ Trainspotting, Irvine Welsh. Welsh se jkun qed jipparteċipa f’żewġ attivitajiet – intervista ras imb ras ma’ Wayne Flask, u skambju ma’ Immanuel Mifsud immoderat minn Mark Vella.

Hemm ħerqa wkoll sabiex il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jerġa’ jibda jilqa’ ż-żjajjar tat-tfal tal-iskola. Ġew irreġistrati madwar 10,000 student mill-għalliema tagħhom, kemm biex jiġu fiżikament il-Festival jew biex isegwu programm online ikkurat apposta u bbażat fuq kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka mill-passat. Kull student irreġistrat se jirċievi vawċer ta’ €5 li jista’ jissarraf mill-ħwienet tal-kotba mill-Festival jew mis-siti tagħhom.

Sabiex ikunu jistgħu jiġu mħarsa l-protokolli tas-saħħa, il-Festival se jseħħ f’żewġ bnadi distinti – naħa fejn se jkun hemm miġbura l-esebituri kollha, u oħra fejn se jseħħu l-attivitajiet kollha tal-programm tal-attivitajiet. Dawk li jiġu n-naħa ta’ fejn hemm il-ħwienet tal-kotba titteħdilhom it-temperatura mal-bieb u trid tintlibes il-maskla l-ħin kollu. Biex tattendi din in-naħa la hemm bżonn tippreżenta ċertifikat tat-tilqima u lanqas test tal-PCR. M’hemmx għalfejn tirreġistra biex tattendi hawnhekk.

Min-naħa l-oħra trid tirreġistra minn qabel biex tattendi kwalunkwè attività li hemm fil-programm – fil-programm li hemm online issib kull informazzjoni biex tirreġistra. Biex tidħol f’xi attività trid tippreżenta ċertifikat tat-tilqima, ħlief għall-attivitajiet tat-tfal fejn lanqas il-kbar li jakkumpanjawhom m’għandhom għalfejn juru ċ-ċertifikat.

Għal aktar informazzjoni żur is-sit tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 – Il-Ħanut tal-Kotba jew is-sit tal-KNK.

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – Il-Ħanut tal-Kotba se jseħħ mill-Erbgħa 3 sal-Ħadd 7 ta’ Novembru skont dawn l-orarji: l-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa mid-9am sas-1pm u mill-5:30pm sad-9:30pm; is-Sibt mid-9:30am sal-10:30pm, u l-Ħadd mit-8:30am sat-8pm.

 

The 2021 Malta Book Festival – the Bookshop opens to the public tomorrow Wednesday 5 November with a varied programme of events and the participation of 40 exhibitors. Following last year’s virtual edition, the Malta Book Festival is returning with an in-person Festival which is still retaining an online presence. This evening already, audiences are invited to follow the official opening of the Festival with the awards ceremony for the Terramaxka National Book Prize for children and adolescents which will be streaming on the National Book Council website and Facebook page.
The full Events Programme features more than 70 events and activities for audiences of all ages, including book launches and presentations, meetings with authors, working groups and discussions, as well as an array of activities for children. Among the international guests for this edition we will be welcoming the celebrated Scottish author of Trainspotting, Irvine Welsh. Welsh will be speaking at the Festival on two occasions – sitting for an interview with Wayne Flask, and joining an exchange with the author Immanuel Mifsud and Mark Vella.

The Malta Book Festival is also looking forward to once again welcoming children on their school visits. 10,000 students have been registered by their schools to participate at this year’s Festival, also by following streamed interactive performances based on Terramaxka Prize winning works. All registered students will also be receiving a €5 book voucher which can be redeemed from the Festival Bookshop or a number of online stores from participating exhibitors. In view of the current public health guidelines, visitors should note that he Festival will be taking place across two distinct areas – the Bookshop area, and events halls. Visitors to the the Bookshop area, gathering all the participating exhibitors under one roof, will be subject to a temperature check at the door and must wear a face mask at all times. The presentation of a valid vaccination certificate or of a negative PCR test is not required. No pre-registrations are required for visits to the Bookshop area.
Pre-registration for all events is however mandatory – the online Events Programme contains relevant information about registrations for each event. Admittance to all Festival events, except those for children, shall be exclusively upon presentation of a valid vaccination certificate.

For more information visit the Malta Book Festival 2021 – the Bookshop Facebook page or the NBC website.
The Malta Book Festival – the Bookshop runs between 3-7 November at the following opening hours: on Wednesday, Thursday, and Friday from 9am-1pm and 5:30pm-9:30pm; on Saturday from 9:30am-10:30pm, and on Sunday from 8:30am-8pm.