Iċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti   (Certificate in Proofreading Maltese)

Fl-14 ta’ Frar 2022 id-Dipartiment tal-Malti fl-Università u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti se jiftħu s-sbatax-il kors universitarju fil-kitba tal-Malti li jwassal għaċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti (MQF 5) u għax-Xhieda ta’ Għarfien (warrant) mill-Kunsill tal-Malti.

Dan huwa kors ta’ sena, part-time, u l-lezzjonijiet tiegħu jsiru diretti online t-Tnejn mill-5:30pm sat-8:30pm u l-Ħamis mill-5:30pm sas-7:00pm. Barra dawn ikun hemm siegħa u nofs (online dirett ukoll) fi grupp żgħir, għall-attenzjoni individwali, f’ġurnata u ħin skont il-preferenza tal-istudenti.

Il-kors hu maħsub għal min juża l-Malti miktub fil-post tax-xogħol u għal kull min jixtieq itejjeb il-kitba tiegħu bil-Malti. Temmewh diġà għadd ġmielu ta’ impjegati tas-servizz pubbliku u tas-settur privat li f’xogħolhom jiktbu korrispondenza, stqarrijiet u materjal ta’ kampanji pubbliċi bil-Malti.

Għal aktar dettalji fuq dan il-kors u għall-għajnuna fuq kif tapplika, idħol hawn: www.um.edu.mt/arts/malti/korsijiet/cqp

L-applikazzjonijiet miftuħin bħalissa u jibqgħu jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2022 fis-2pm mis-sit tal-Università:

https://esims.um.edu.mt/esims/sits.urd/run/siw_ipp_lgn.login?code1=UCPRMPTE&code2=0014&process=siw_ipp_app

Tagħrif ieħor jinkiseb mill-Kunsill tal-Malti: [email protected]