F’kull skola primarja qed jitqassam b’xejn dan il-ktejjeb mimli logħob edukattiv u tpinġijiet, lill-istudenti kollha tal-ewwel, it-tieni u t-tielet sena primarja.
L-Activity Workbook se jgħin lit-tfal jifhmu x’jagħmlu ħaddiema ta’ professjonijiet differenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku.
Din l-inizjattiva ssegwi l-kollaborazzjoni mas-Sagħtar u l-kompetizzjoni nazzjonali ‘X’tixtieq issir la tikber?’ biex is-Servizz Pubbliku jkompli jinvesti fil-ġejjieni.