Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jistieden għal darb’oħra lil poeti stabbiliti u oħrajn ġodda biex jipparteċipaw fir-raba’ edizzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef. Il-konkors kien tnieda l-ewwel darba fl-2019 bil-għan li jissaħħaħ il-livell tal-kitba poetika f’Malta u biex jiċċelebra l-poeżija miktuba bil-Malti.
Il-konkors ikun aġġudikat minn grupp ġdid ta’ aġġudikanti li jinħatar kull sena mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-ġurija tevalwa kull poeżija, b’mod anonimu, skont damma ta’ kriterji li jħarsu lejn l-awtentiċità, l-immaġinazzjoni, id-distintività fil-vuċi, u l-użu oriġinali tar-ritmu u l-figuri tat-taħdit.
Ikunu ppremjati l-ewwel tliet postijiet; l-awturi tal-poeżija rebbieħa jirċievu premju ta’ €1,000, u l-awturi taż-żewġ poeżiji ta’ warajha jirċievu premju ta’ €200 u €100 rispettivament. Ir-rebbieħa tal-konkors jitħabbru f’ċerimonja apposta li tiġi ċċelebrata waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 li dis-sena se jsir bejn it-23 u s-27 ta’ Novembru fiċ-Ċentru Malti għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali.
Ladarba dan huwa konkors ta’ poeżija waħda, kull parteċipant irid jissottometti poeżija oriġinali waħda biss, u din ma tridx tkun ippubblikata qabel xi mkien ieħor. Ix-xogħol irid ikun bil-Malti u ma jaqbiżx is-36 vers. Kull applikant mitlub jaqra bir-reqqa r-regolamenti tal-Konkors li jinsabu ppubblikati fuq is-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
L-applikazzjoni mimlija b’mod sħiħ għandha tinbagħat bil-posta flimkien ma’ erba’ kopji tal-poeżija sottomessa, li trid tkun iffirmata biss bi psewdonimu. L-applikazzjoni u l-kopji tal-poeżija jridu jintbagħtu bil-posta f’dan l-indirizz: Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2022, Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Kumpless Bice Mizzi Vassallo, Triq Arnhem, Pembroke PBK 1776 sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 19 t’Awwissu 2022 f’nofsinhar. L-applikanti għandhom jibagħtu wkoll kopja ffirmata u skennjata tal-applikazzjoni b’imejl fuq [email protected].
The 2022 Doreen Micallef National Poetry Contest is now open for entries
The National Book Council is once again inviting poets writing in the Maltese language to participate in the fourth edition of the prestigious Doreen Micallef National Poetry Contest. The annual contest was first launched by the National Book Council in 2019 with the aim of further raising the profile of poetry in Malta and celebrate the best poetry written in Maltese.
The contest is adjudicated by an independent panel of judges appointed each year by the National Book Council. The jury evaluates all poems anonymously according to a set of criteria which consider authenticity, imagination, distinctiveness of voice and original use of rhythm and figures of speech.
The panel of adjudicators selects the contest’s three top prizes; the winning poem will be awarded with a cash prize of € 1,000 and the two runners-up will be receiving prizes of € 200 and € 100 respectively. The winners will be announced and awarded their prize at an official ceremony during the 2022 Malta Book Festival taking place between 23-27 November at the Malta Fairs & Conventions Centre (MFCC) in Ta’ Qali.
Applicants are required to submit no more than one original and previously unpublished poem in Maltese which does not exceed 36 verses in length. All entrants are encouraged to carefully read the contest regulations available at the National Book Council website in their entirety before applying.
Complete applications, containing an application form and four copies of the submitted poem, signed only by a nom de plume, should be be sent by post to the Doreen Micallef National Poetry Contest, National Book Council, Kumpless Bice Mizzi Vassallo, Triq Arnhem, Pembroke PBK 1776 by the application period deadline of Friday 19 August 2022 at midday. Applicants must also submit a scanned and signed copy of their application and the poem by email at [email protected].