EducationMEYR

Tagħlim tul il-ħajja: għarfien dwar korsijiet

Fit-13 ta’ Settembru 2022 fiċ-Ċentru Ċiviku fis-Siġġiewi ser jkun qed isir avveniment ta’ għarfien dwar korsijiet akkademiċi. L-għan ta’ din l-inizjattiva huwa li jinkoraġġixxi t-tagħlim tul il-ħajja, iżid il-kompetenza, il-ħiliet u l-impjegabbiltà.

Din l-inizjattiva hi mmirata lejn studenti maturi kif ukoll nies avvanzati f’l-eta’ li interessati li jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom.

F’din l-attivita’ se toffri nformazzjoni minn rappreżentanti tal-korpi akkademiċi li jikkonsistu mill-Università ta’ Malta, l-MCAST, l-ITS, Malta Enterprise u Jobsplus.

Dawn ser jkunu qed jitkellmu fuq il-korsijiet li jistgħu joffru u skemi finanzjarji fejn dawn jistgħu jgħinu bħala nċentiva sabiex tigi estiża l-edukazzjoni tagħhom.

Ir-Reġjun Punent qed joffri wkoll servizz ta’ trasport mil-Kunsilli Lokali minn:

Mdina, Żebbuġ, Siġġiewi, Dingli, Kirkop, Mqabba, Qrendi, Rabat, Safi, and Żurrieq.