EducationMEYRNational Literacy Agency

Ċentri tar-Riżorsi tal-Litteriżmu miftuħa għall-professjonisti kollha

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi pjaċir tħabbar li ċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Litteriżmu se jkunu (għalliema tal-klassi, LSTs, għalliema kumplimentari, LSEs, KGEs eċċ.) u l-ġenituri li wliedhom ikunu qegħdin jieħdu sehem f’wieħed mill-programmi ta’ tisħiħ fil-qari (servizz kumplimentari, Reading Recovery, Nwar, eċċ.) li jixtiequ jissellfu riżorsi tal-litteriżmu.

Iċ-ċentri tar-riżorsi tal-litteriżmu jinsabu ħdejn iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu, il-Ħamrun, u fl-iskola primarja Ta’ Sannat, Għawdex. Fihom hemm għażla ta’ riżorsi tal-litteriżmu bil-Malti u bl-Ingliż miġbura bil-għan li jgħinu lil dawk li jaħdmu f’dan il-qasam fix-xogħol tagħhom.

Min jixtieq jikkuntattja lill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu biex jistaqsi fuq iċ-Ċentru tar-Riżorsi ta’ Malta jista’ jagħmel dan billi jibgħat ittra elettronika fuq [email protected] jew iċempel 2598 3317.

Għaċ-Ċentru tar-Riżorsi ta’ Għawdex, l-informazzjoni tinkiseb minn [email protected] jew iċempel 2598 2089.

Iċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu ta’ Malta jkun miftuħ fil-jiem u l-ħinijiet t’hawn taħt:

 

Fix-xitwa (1 Ottubru-15 Ġunju)

It-Tnejn, l-Erbgħa, u l-Ġimgħa

mit-8.30 sal-16.30

It-Tlieta u l-Ħamis mit-8.30 sas-18.30

 

Iċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu t’Għawdex ikun miftuħ fil-jiem u l-ħinijiet t’hawn taħt:

 

Fix-xitwa (1 Ottubru-15 Ġunju)

It-Tlieta u l-Ħamis mis-14.30 sal-16.30
Is-Sibt mid-9.00 sal-11.00

Iċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Litteriżmu f’Malta se jkun qed joffri wkoll li jitwasslu r-riżorsi mislufa mill-edukaturi minn dan iċ-ċentru lejn l-iskola jew id-dar. Dan se jsir billi s-self isir permezz tat-telefon, jingħataw id-dettalji ta’ min se jissellef u tar-riżorsi li jixtiequ. Biex tkunu tafu x’riżorsi hemm fiċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Litteriżmu idħlu f’din il-ħolqa https://education.gov.mt/en/nationalliteracyagency/Pages/Units/Literacy-Resource-Centres.aspx fejn wieħed jista’ jsib il-katalgu taċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Litteriżmu.