EducationMEYR

Il-President iniedi l-Istrina BOV Piggy Bank Campaign b’appell għall-għaqda u l-ħarsien tal-ambjent

Il-President George Vella nieda d-dsatax-il edizzjoni tal-Istrina BOV Piggy Bank Campaign b’risq The Malta Community Chest Fund (MCCF). Preżenti għat-tnedija kien hemm is-Sinjura Miriam Vella, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, is-Sur Matthew Vella, u l-Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta, is-Sur Kenneth Farrugia.

Il-President Vella qal li din il-kampanja qed trawwem fit-tfal sens kbir ta’ solidarjetà, għaqda u mħabba lejn l-ambjent. “Sa miċ-ċokon, qed ngħinu lit-tfal jirrealizzaw li l-flus li qed iġemmgħu fil-karus qed imorru għal min għandu bżonn. It-tieni messaġġ hu li b’din il-kampanja qed ningħaqdu, ma naffordjawx li jkollna soċjetà mhux magħquda,” qal il-President. Il-President Vella esprima l-apprezzament tiegħu għall-appoġġ konsistenti tal-Bank of Valletta lejn din il-kampanja u għar-responsabbiltà soċjali.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima, qal li huwa persważ li bħal snin oħra l-istudenti se jkunu ġenerużi bl-għotjiet tagħhom. “Din l-attività bħal snin oħra se tgħin l-ewwel nett biex jiddaħħal sens ta’ altruwiżmu u solidarjetà fost l-istudenti, imma wkoll il-ġest sabiħ tagħhom huwa għaqda għal għan nobbli li jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund”, qal il-Ministru Grima.

Il-Ministru Grima rringrazzja wkoll lit-tfal kollha li taw sehemhom fid-disinn tal-karus u qal lit-tfal biex jgħożżu t-tema magħżula din is-sena “Aħjar tkun ħabib milli bully”.  Kenneth Farrugia, Kap Eżekuttiv tal-BOV, qal li din il-kampanja hija għall-qalb il-bank għax trawwem fit-tfal sens ta’ altruwiżmu u solidarjetà ma’ min għaddej minn żmien diffiċli. Semma kif tul is-snin inġabru €2.6 miljun,
fosthom rekord ta’ €60,800 fl-2021.  Is-Sur Farrugia qal li b’din il-kampanja, il-bank qed itenni wkoll l-impenn tiegħu lejn il-ħarsien tal-ambjent, ittrażżin tat-tibdil fil-klima u l-implimentazzjoni tal-fatturi ESG tant li l-karusijiet li se jitqassmu fl-iskejjel huma
magħmulin minn materjal riċiklabbli.

 

The President launches the l-Istrina BOV Piggy Bank Campaign with an appeal for unity and environmental protection

President George Vella launched the 19th edition of the l-Istrina BOV Piggy Bank Campaign in aid of The Malta Community Chest Fund (MCCF). Present for the launch were Mrs Miriam Vella, the Minister for Education, Sport, Youth, Research and Innovation, Clifton Grima, the Permanent Secretary at the Ministry for Education, Mr Matthew Vella, and the CEO of Bank of Valletta, Mr Kenneth Farrugia.

President Vella said that this campaign fosters a great sense of solidarity, unity, and love for the environment in children. “We are helping children to realize, from a young age, that the money they put in the piggy bank go to those in need. The second message is that this campaign unites us, we cannot afford to have a society that lacks unity,” said the President.  President Vella expressed his appreciation for the Bank of Valletta’s consistent support in this campaign and for its social responsibility.

The Minister for Education, Sport, Youth, Research and Innovation, Clifton Grima, said that he is convinced that, as in previous years, students will be generous with their donations. “This event, as in previous years, will first of all help to instill a sense of altruism and solidarity among students, but it is also a nice act of unity for the noble aim of raising funds for the Malta Community Chest Fund”, said Minister Grima.  Minister Grima also thanked all the children who contributed to the piggy banks’ design and told the children to
cherish the chosen theme for this year ‘Be a friend, not a bully’.

Kenneth Farrugia, CEO of BOV, said that this campaign is close to the bank’s heart because it fosters a sense of altruism and solidarity in children towards those going through difficult times. He mentioned that over the years, €2.6 million were raised, including a record €60,800 in 2021.  Mr Farrugia said that through this campaign, the bank is also reiterating its commitment to safeguarding the
environment, curbing climate change, and implementing ESG factors. In fact, the piggy banks that will be distributed in schools are made of recyclable materials.