EducationMEYR

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jiġbor fondi għall-Hospice Malta

Għal darb’oħra, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni organizza l-attivita’ tal-Platt Malti (“Maltese Platter”) bħala inizjattiva tal-Pink October/Movember.  L-għan wara din l-attivita’ kien li jinġabru fondi għall-Hospice Malta, organizzazzjoni li taħdem qatigħ biex tipprovdi u tippromwovi kura paljattiva lill-pazjenti li jkollhom kanċer tas-sider fost l-oħrajn. Permezz ta’ din l-inizjattiva inħoloq aktar għarfien u kuxjenza, filwaqt  li nġabret is-somma sabiħa ta’ €502.