Il-Promoturi tal-Qari hija attività mtellgħa mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu permezz tat-Taqsima tal-Libreriji tal-Iskejjel (LISU). L-għan ewlieni ta’ din l-attività huwa li tippremja lill-istudenti tas-seba’ sena fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti, tal-isforz li jkunu għamlu fil-qari.

Is-seba’ sena tal-iskola hija sena importanti għax għal ħafna tfal din tkun l-ewwel sena fejn ikunu qegħdin jiltaqgħu mal-librerija tal-iskola li, b’differenza mil-librerija pubblika, il-mira tagħha hija t-tfal tal-iskola stess u l-iżvilupp akkademiku u letterarju tagħhom.

Din l-attività ilha ssir mill-2016. Bħala medja, jieħdu sehem madwar 30 skola kull sena u medja ta’ 90 student/a. Hemm tliet kategoriji ta’ premjijiet: Deheb, Fidda u Bronż.

Il-premju tal-kategorija tad-Deheb jingħata lill-aħjar qarrejja, jiġifieri lil dawk it-tfal li jkunu ssellfu u qraw l-aktar kotba mil-librerija tal-iskola matul is-seba’ sena tagħhom. Dawn it-tfal jiġu nnominati mill-għalliema-librara stess.

Il-premju tal-kategorija tal-Fidda jingħata lill-aqwa promoturi tal-qari jiġifieri dawk it-tfal li jħeġġu lil sħabhom jissellfu l-kotba favoriti tagħhom mil-librerija tal-iskola biex jaqrawhom sħabhom ukoll. Dawn it-tfal jiġu nnominati mill-għalliema tal-lingwi tal-istess skola.

Il-premju tal-kategorija tal-Bronż jingħata lil dawk it-tfal li jkunu għamlu sforz biex itejbu l-ħiliet tal-qari tagħhom u dawn ikunu nnominati mill-kapijiet tal-iskejjel jew delegat tagħhom.

Din is-sena ġew ippremjati 99 student minn 33 skola differenti. Mill-2016 sal-2022 l-Aġenzija ppremjat 633 student/a għall-isforz tagħhom biex ixerrdu l-imħabba lejn il-qari.

L-istudenti Promoturi tal-Qari ta’ kull skola din is-sena kienu dawn:

 

  L-Aħjar Qarrej/ja L-Aqwa Promotur tal-Qari Il-Qarrej/ja li tgħallem/tgħallmet j/taqra aħjar
Skola Premju tad-DEHEB Premju tal-FIDDA Premju tal-BRONŻ
Kulleġġ t’ Għawdex

Skola Medja, Victoria

Jeremy Attard Elly Cutajar Claudia Muscat
Kulleġġ Maria Reġina

Skola Medja tan-Naxxar

Miguel Deguara Braydon Taliana Isaac Duca
Kulleġġ San Benedittu

Skola Medja, Ħal Kirkop

Martina Grech Sarah Mifsud Annalise Callus
Kulleġġ Santa Klara

Skola Nazzjonali tal-Isport, Pembroke

Gail Gerada Giulio Massa Denzil Micallef

Leave a Reply