F’isem il-Membri tal-Kumitat Soċjali qed infakkru l-Ġimgħa l-Kbira, 7 ta’ April 2023.
Għal matul din il-Ġimgħa tal-Ġimgħa l-Kbira nixtiequ naqsmu magħkom strofa mill-poema Il Jien u lil hinn minnu miktuba minn Dun Karm:
“Kulħadd imsallab, għaliex Kristu msallab;
Hu il-mudell; u min fit-tjieba tiegħu
sawwar il-għaġeb tal-ħolqien u ħadem
f’ġisem il-bniedem dik in-nisġa mżewqa
ta’ għadam, dgħif, għeruq u demm u nervi
li jwieġbu ħelu għall-amar tar-rieda,
ħeba ġo dak it-trab żerriegħa ċkejkna
nebbieta tas-salib; u ma’ kull ħajja
ta’ bniedem tikber dik is-siġra mħattba
u twarrad għali, niket, dmugħ u dwejjaq
bla tarf, sakemm fuq dik il-għuda ħarxa
tintemm il-ħajja li nisslitha. Iżda
mhux għalhekk għandu l-bniedem jitlef għaqlu
u jħares ikreh lejn is-sema. Siġra
imsoqqija mill-għajn ta’ ħniena kbira
is-siġra tas-salib, u mill-ward tagħha
jitnissel l-hena kbir ta’ ħajja ħielsa.”