Matul is-sena, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu toffri l-programm ta’ qari għall-gost ‘Aqra Miegħi/Read with Me’, programm bla ħlas maħsub għal trabi u tfal żgħar minn 0-3 snin flimkien mal-ġenituri/kustodji tagħhom. Bħalissa qegħdin isiru madwar 55 sessjoni ta’ Aqra Miegħi/Read with Me f’50 post differenti li jvarjaw minn skejjel, libreriji pubbliċi, kunsilli lokali, swali parrokkjali u spazji pubbliċi f’Malta u Għawdex. Dan il-programm huwa parzjalment sponsorjat mill-Bank of Valletta.
L-għan ta’ dan il-programm huwa li jkattar il-gost għall-qari fit-tfal minn età bikrija u jsaħħaħ fihom il-ħiliet lingwistiċi tagħhom, fejjieda għall-iżvilupp tagħhom. Is-sessjonijiet isiru darba fil-ġimgħa bil-Malti u bl-Ingliż. Kull ġimgħa tittella’ skeda fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Aqra Miegħi/Read with Me kif ukoll fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.
Read with Me/Aqra Miegħi Programme in the Community
Throughout the year, the National Literacy Agency organises reading for pleasure sessions through the programme ‘Read with Me/Aqra Miegħi’ for babies and toddlers aged 0-3 years together with their parents/guardians. This programme is free of charge. Currently, around 55 Read with Me/Aqra Miegħi sessions are being held in 50 different communities ranging from schools, public libraries, local councils, parish centres and public spaces in Malta and in Gozo. This programme is partially sponsored by Bank of Valletta.
The aim of this programme is to instill the pleasure of reading in children from an early age whilst giving them the necessary linguistic skills that are crucial for their development. Reading sessions are held weekly in Maltese and in English. Sessions are advertised weekly on Read with Me/Aqra Miegħi Facebook page as well as on the National Literacy Agency’s website.