EducationMEYRNational Literacy Agency

Aqra fis-Sajf 2023: ftuħ tal-libreriji tal-iskejjel matul is-sajf

Matul dan is-sajf l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni (MEYR) tat l-opportunità lill-iskejjel primarji, medji u sekondarji tal-istat u tal-Knisja biex jiftħu l-librerija tal-iskola tagħhom. Dawn il-libreriji qegħdin jiftħu darba jew darbtejn fil-ġimgħa biex l-istudenti ikunu jistgħu jkompli jissellfu l-kotba tal-qari matul is-sajf. Il-ftuħ tal-libreriji se jkompli għaddej sas-7 ta’ Settembru 2023. Għal aktar informazzjoni araw l-iskeda minn din il-ħolqa.