L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, bi sħab ma’ Heritage Malta u ma’ Merlin Publishers, reġgħet bdiet torganizza x-Xalati ta’ Kitba, bil-Malti u bl-Ingliż, għat-tfal ta’ bejn 7 snin u 11-il sena u l-familji tagħhom. L-ewwel waħda f’din is-serje ġdida ta’ xalati seħħet is-Sibt 7 t’Ottubru 2023 fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali, l-Imdina.

F’dawn ix-Xalati ta’ Kitba, il-familji jiltaqgħu darba fix-xahar f’postijiet storiċi, kulturali jew naturali sabiex jieħdu sehem f’esperjenza ta’ kitba għall-gost.  Permezz ta’ dawn l-esperjenzi pożittivi bil-kitba, it-tfal issaħħu ħilithom fil-proċess tal-kitba u l-ġenituri/kustodji jitħarrġu fi strateġiji kif jistgħu jgħinu lit-tfal fil-kitba.

Għal iktar tagħrif dwar il-programm Xalati ta’ Kitba, wieħed jista’ jċempel 2589 3326 jew jibgħat ittra elettronika lil [email protected]

 

Family Writing Activities

The National Literacy Agency, in collaboration with Heritage Malta and the sponsorship of Merlin Publishers, resumed organising Family Writing Activities, in Maltese and in English, for 7- to 11-year-old children accompanied by their parents/guardians.  The first one of this new series of activities was held on Saturday 7th October 2023 at the National Museum of Natural History in Mdina.

These Family Writing Activities are held monthly and provide writing for pleasure workshops during which families come together to write in various historical, cultural, and rural places.  These positive writing experiences support students to improve their writing process skills and empowers parents/guardians to implement practical writing strategies with their children.

For further information about the programme Family Writing Activities, kindly call on 2598 3326, send an email to [email protected]