Il-qari huwa importanti kemm għall-iżvilupp edukattiv kif ukoll għall-iżvilipp personali. Meta t-tfal jaqraw għall-gost jakkwistaw ħiliet lingwistiċi mingħajr sforz ta’ xejn. Biex tkompli tippromwovi l-imħabba għall-qari, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi sħab mal-PBS, qiegħda ttella’ l-programm televiżiv ‘Naqraw Flimkien’.
F’dan il-programm, li hu mmirat għal tfal ta’ bejn 3 snin u 11, jinqraw kotba b’mod interattiv minn diversi karattri ħelwin f’ambjent sabiħ, bl-iskop li t-tfal jiġu motivati jaqraw aktar. ‘Naqraw Flimkien’ jintwera fuq TVM mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3:45 p.m.
Il-filmati jidhru fil-playlist ‘Naqraw Flimkien f’ https://www.youtube.com/user/WatchTVM u fuq TVMi https://tvmi.mt/series/84
Aktar informazzjoni ssibha fil-paġna tal-facebook https://www.facebook.com/naqrawflimkien.nla