F’dawn l-aħħar xhur, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qassmet aktar minn 36,000 ktieb bl-Ingliż u bil-Malti lill-istudenti tal-ewwel u t-tieni sena fl-iskejjel primarji tas-setturi kollha, madwar Malta u Għawdex, permezz tal-iskema “Il-Kotba Ħbieb tat-Tfal/Books are Children’s Friends”. L-istudenti kollha rċevew erba’ kotba kull wieħed, biex jibdew jew ikabbru l-librerija personali tagħhom u hekk isaħħu l-kisbiet tal-litteriżmu minn età bikrija.
Din l-inizjattiva, li minnha qed jibbenefikaw aktar minn 5,300 student/a, tixhed l-impenn tal-Aġenzija sabiex trawwem l-imħabba għall-qari fost l-istudenti. L-edukaturi u l-ġenituri laqgħu bi pjaċir din l-inizjattiva u apprezzaw l-importanza tal-aċċess għal aktar kotba fit-tiswir tal-esperjenzi edukattivi tat-tfal. Bil-ħsieb li din l-iskema titkompla fis-sena skolastika li ġejja, l-Aġenzija se tibqa’ għaddejja bil-ħidma tagħha biex issaħħaħ il-litteriżmu u hekk tħeġġeġ l-imħabba għall-qari fost l-istudenti kollha ta’ pajjiżna.
In these last few months, the National Literacy Agency has distributed over 36,000 books in English and Maltese to Year 1 and Year 2 students in all primary schools across Malta and Gozo, through the “Books are Children’s Friends/Il-Kotba Ħbieb tat-Tfal” scheme. Each student received four titles. This scheme is enhancing home libraries and promoting early literacy.
The initiative, benefiting more than 5,300 students, highlights the agency’s commitment to foster reading habits among young learners. Educators and parents have welcomed the effort, appreciating the importance of accessible reading materials in shaping children’s educational experiences. With plans to continue the scheme in the upcoming scholastic year, the Agency will keep on working to further bolster literacy rates and cultivate a lifelong love for reading among students throughout the nation