EducationMEYRNational Literacy Agency

Xalata ta’ Kitba ġewwa Fort Rikażoli, il-Kalkara

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu flimkien ma’ Screen Malta, organizzat Xalata ta’ Kitba ġewwa Fort Rikażoli, il-Kalkara. Għal din l-attività attendew b’kollox 17-il tifel u tifla flimkien mal-ġenituri jew kustodji tagħhom.

L-attivitajiet varji kienu mfassla minn għalliema, tal-Aġenzija, b’mod illi wara li ngħatat ftit informazzjoni storika dwar il-forti, l-istudenti, bl-għajnuna tal-adulti, kellhom il-ħin jiddiskutu u jiktbu fuq ktejjeb bl-attivitjajiet. L-attivitajiet kienu jikkonsistu fil-ħtieġa tal-bini tal-forti, kif u għala il-forti jinbidel fi sptar, il-forti fit-Tieni Gwerra Dinjija u kif dan l-aħħar, b’mod maġiku, il-post inbidel f’sett ċinematografiku għall-film tant popolari ‘Gladiator 2’, li bħalissa qed jintwera fiċ-ċinema.