L-ewwel prestazzjoni ta’ Repubblikgħana saret fl-Iskola Primarja tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca fil-Belt Valletta nhar l-Erbgħa 14 ta’ Jannar, u kienet milqugħa tajjeb ħafna mill-istudenti tas-Sena 5 u s-Sena 6 li attendew. L-istudenti ħadu sehem b’entużjażmu matul il-prestazzjoni, u kellhom l-opportunità li jistaqsu l-mistoqsijiet tagħhom u jinteraġixxu mal-atturi amikevoli fl-aħħar tal-ispettaklu.
Ix-xogħol ġdid ikkummissjonat, Repubblikgħana, maħluq minn Teatru Malta għall-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali (FĊN), huwa speċifikament iddisinjat biex jiġi ppreżentat fl-iskejjel madwar Malta u Għawdex. Joffri lill-udjenzi żgħażagħ preżentazzjoni attraenti ta’ kif Malta saret Repubblika, irrakkontata b’mod semi-folk, semi-kontemporanju, billi jintuża l-formi ta’ arti mużikali tal-għana tradizzjonali Maltija kif ukoll ir-rap. Il-proġett huwa dirett u miktub minn Jeremy Grech, bil-kompożizzjoni u arranġamenti mużikali minn Justin Galea.
Repubblikgħana hija immirata għal studenti mis-Sena 5 sa Sena 8, u ddisinjata bħala spettaklu li jista’ jsir fi kwalunkwe spazju ta’ prestazzjoni disponibbli fl-iskejjel. L-iskejjel parteċipanti se jirċievu wkoll pakkett edukattiv b’riżorsi biex jippreparaw lill-istudenti għal din il-prestazzjoni u biex joffru skop għal riflessjoni ulterjuri.
L-iskejjel li jixtiequ jospitaw Repubblikgħana fl-Iskola tagħhom matul l-2025 huma mħeġġa li japplikaw billi jużaw dan il-formularju https://forms.office.com/e/ZjBeEjjFNX jew jikkuntattjaw lill-Uffiċjal Kulturali tad-DCLE fuq [email protected]
PERFORMANCES OF REPUBBLIKGĦANA IN SCHOOLS
The first performance of Repubblikgħana was held at St. George Preca Primary School in Valletta on Wednesday 14th of January, and was very well received by the Year 5 and Year 6 students in attendance. Students engaged enthusiastically throughout the performance, and had an opportunity to ask their questions interact with the amiable actors at the end of the show.
The newly commissioned work, Repubblikgħana, created by Teatru Malta for Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali (FĊN), is specifically designed for delivery in schools across Malta and Gozo. It offers young audiences an appealing presentation of how Malta became a Republic, told in a semi-folk, semi-contemporary way, using the musical art forms of Maltese għana and rap. The project is directed and scripted by Jeremy Grech, with the musical composition and arrangements by Justin Galea.
Targetting students in Year 5 through to Year 8, and designed as a luggage show, this short performance may be into any available performance space within schools. Participating schools will also receive an educational pack with resources in order to prepare the students for this performance and to offer scope for further reflection.
Schools who wish to host Repubblikgħana in their School throughout 2025 are strongly encouraged to apply by using this form https://forms.office.com/e/MRLk85jPBp or contacting the DCLE Cultural Officer on [email protected]
Images are from performance of Repubblikgħana at San Gorg Preca College, Valletta Primary School.