EducationMEYRYouth

Tmien skejjel jagħmluha għall-fażi finali ta’ Young Parliamentarians 2025

Bejn il-25 u s-26 ta’ Frar 2025 saret il-fażi tal-gruppi tal-Young Parliamentarians Debating Tournament organizzat minn Aġenzija Żgħażagħ fejn 23 skola sekondarja madwar Malta u Għawdex iddibattew kontra xulxin.

Bi preparazzjoni għal dan it-tournament l-istudenti kellhom sessjonijiet mal-youth worker fejn tkellmu fuq diversi suġġetti bħal kif titkellem, kif tagħmel ir-riċerka, kif toħloq argument u kif tirribatti fost l-oħrajn. Dawn is-sessjonijiet kienu importanti li isiru biex l-istudenti ikunu ippreparati kif jiddibattu u jirbħu l-argument u fl-istess ħin ikunu iżjed kunfidenti meta jitkellmu fil-pubbliku.

Il-fażi tal-gruppi ta’ dan it-tournament sar billi l-iskejjel inqassmu f’erba’ gruppi ta’ sitt skejjel (ħamsa għal-grupp wieħed). L-iskejjel kellhom jiddibattu kontra skejjel oħra fil-grupp tagħhom fuq temi li huma relevanti għal-ġurnata tal-llum bħal edukazzjoni, intelliġenza artifiċjali u ambjent fost l-oħrajn. Dawn id-dibattiti kienu osservati minn żewġ membri tal-ġurija li huma youth workers minn Aġenzija Żgħażagħ fejn taw il-punti fuq preżentazzjoni, ġbir ta’ evidenza fost l-oħrajn u anke taw il-kummenti tagħhom lill-istudenti fl-aħħar tad-dibattiti.

Minn din il-fażi żewġ skejjel minn kull grupp (tmienja totali) għaddew għal-kwarti finali. Dawn huma:

  • Kulleġġ Santu Wistin, Skola Sekondarja, Tal-Pietà
  • Skola Sekondarja, Marija Immakulata, Ħamrun
  • Konservatorju tal-Isqof, Skola Sekondarja Bniet, Rabat (Għawdex)
  • Skola Sekondarja, San Andrea, l-Imġarr
  • St Paul’s Missionary College, Rabat (Malta)
  • Kulleġġ San Alwiġi, Skola Sekondarja, Birkirkara
  • Kulleġġ San Injazju, Skola Sekondarja, Qormi
  • Kulleġġ San Tumas More, Skola Sekondarja, Santa Luċija

Dawn l-iskejjel ser jiddibattu kontra xulxin fl-4 ta’ April ġewwa l-Parlament Malti il-Belt Valletta. Wara l-kwarti finali l-aħjar erba’ skejjel jgħaddu għas-semifinali u finalment l-aħjar tnejn jgħaddu għal-finali fejn mbagħad tiġi mħabbra l-iskola rebbieħa tal-Young Parliamentarians 2025. L-iskola rebbieħa tirbaħ it-trofew prestiġġuż li jinżamm għal-sena u EUR 750 filwaqt li l-iskola li tiġi runner-up tieħu somma ta’ EUR 250. Dakinhar jiġu imħabbra ukoll l-aħjar żewġ studenti li iddibattew tajjeb matul il-kompetizzjoni.