Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb 2026, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzat kompetizzjoni li fiha t-tfal intalbu jibagħtu ritratt tagħhom mal-ktieb favorit tagħhom.
Ir-rebbieħa ntgħażlu bix-xorti u ġew mistiedna għal sessjoni speċjali tal-qari, li matulha nqara l-ktieb Lupu Lupettu Kull Kulur. Wara l-qari, it-tfal ħadu sehem f’diversi attivitajiet marbuta mal-istorja u ngħataw żewġ kotba bħala premju.
Nixtiequ nirringrazzjaw minn qalbna lil kull min ħa sehem f’din il-kompetizzjoni u nħeġġukom tkomplu tiskopru l-ferħ tal-qari.




