EducationMESNational Literacy Agency

Festival Nazzjonali tal-Irrakkontar tal-Istejjer

Bil-għan li tixpruna l-litteriżmu u t-tagħlim tal-lingwi permezz tal-irrakkontar tal-istejjer, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzat ir-raba’ edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Irrakkontar tal-Istejjer mill-Erbgħa 20 sal-Ġimgħa 22 ta’ Mejju 2026. F’din l-edizzjoni ħadet sehem ir-rakkontatriċi tal-istejjer Jules Pottle, li għaqqdet flimkien l-istejjer u x-xjenza, kif ukoll ir-rakkontatriċi Maltija Patricia Gatt, li tat il-ħajja lir-rakkont folkloristiku ta’ Ġaħan.

Fil-festival kien hemm total ta’ 178 student/a, minn 57 klassi differenti, li rrakkontaw storja lil udjenza magħmula minn studenti, edukaturi u membri tal-ġurija.

Ir-rebbieħa mill-ewwel sat-tielet post ta’ kull kategorija kienu dawn:

Kinder 1:

  • L-ewwel post: Kulleġġ San Tumas More, Marsaskala San Ġwakkin
  • It-tieni post: Kulleġġ Santa Margerita, l-Isla
  • It-tielet post: Kulleġġ San Tumas More, iż-Żejtun A

 

Kinder 2:

  • L-ewwel post: Kulleġġ San Tumas More, iż-Żejtun A
  • It-tieni post: Kulleġġ Santa Margerita, Marsaskala San Ġwakkin
  • It-tielet post: Kulleġġ Maria Reġina, San Pawl il-Baħar

L-Ewwel Sena:

  • L-ewwel post: Kulleġġ t’Għawdex, Ta’ Kerċem
  • It-tieni post: Kulleġġ Santa Klara, il-Gżira
  • It-tielet post: Kulleġġ Santa Tereża, l-Imsida

It-Tieni Sena:

  • L-ewwel post: Kulleġġ San Tumas More, Marsaskala San Ġwakkin
  • It-tieni post: Kulleġġ San Tumas More, Ħal Tarxien
  • It-tielet post: Kulleġġ Santa Klara, Pembroke

It-Tielet Sena:

  • L-ewwel post: Kulleġġ Santa Klara, il-Gżira
  • It-tieni post: Kulleġġ Santa Margerita, il-Birgu
  • It-tielet post: Kulleġġ t’Għawdex, Ta’ Kerċem

Ir-Raba’ Sena:

  • L-ewwel post: Kulleġġ Santa Klara, il-Gżira
  • It-tieni post: Kulleġġ San Tumas More, iż-Żejtun B
  • It-tielet post: Kulleġġ t’Għawdex, Ta’ Kerċem

Il-Ħames Sena:

  • L-ewwel post: Kulleġġ San Tumas More, Ħal Tarxien
  • It-tieni post: Kulleġġ Santa Klara, il-Gżira
  • It-tielet post: Kulleġġ Santa Margerita, l-Isla

Is-Sitt Sena:

  • L-ewwel post: Kulleġġ t’Għawdex, il-Qala
  • It-tieni post: Kulleġġ Santa Klara, il-Gżira
  • It-tielet post: Kulleġġ San Nikola, il-Baħrija

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tirringrazzja lil dawk kollha li wrew tant ħeġġa f’dan il-festival tal-irrakkontar tal-istejjer.