Matul Lulju 2026, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzat żewġ Klabbs tal-Kitba għal tfal ta’ bejn 7 u 13-il sena. Kull klabb kien jikkonsisti f’erba’ sessjonijiet imfassla biex joffru esperjenza edukattiva u stimulanti, adattata għall-età tal-parteċipanti, filwaqt li jkomplu jiżviluppaw il-ħiliet tal-kitba tal-parteċipanti.

Matul is-sessjonijiet, it-tfal ingħataw l-opportunità jesploraw diversi aspetti tal-kitba kreattiva permezz t’attivitajiet prattiċi u kollaborattivi. Il-programm iffoka mhux biss fuq it-tisħiħ tal-ħiliet fil-kitba, iżda wkoll fuq l-iżvilupp tal-kapaċità tal-istudenti li jevalwaw ix-xogħol tagħhom stess kif ukoll li jagħtu u jirċievu feedback kostruttiv mingħand sħabhom. Dan il-proċess għen lill-parteċipanti jiżviluppaw il-ħsieb kritiku, il-ħila għar-riflessjoni u l-kunfidenza fil-kapaċitajiet tagħhom bħala kittieba.

Fi tmiem il-programm, l-istudenti li attendew l-erba’ sessjonijiet kollha ngħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni u ktieb bħala rikonoxximent tal-impenn, il-perseveranza u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom matul il-klabb.

Il-Klabbs tal-Kitba komplew isaħħu l-impenn tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu li tipprovdi opportunitajiet ta’ tagħlim ta’ kwalità li jinkoraġġixxu l-imħabba lejn il-kitba u l-qari, filwaqt li jrawmu l-kreattività u l-iżvilupp personali tat-tfal.

 

Writing Clubs

In July 2026, the National Literacy Agency organised two Writing Clubs for children aged between 7 and 13 years. Each club consisted of four sessions designed to provide an engaging and enriching educational experience while further developing participants’ writing skills.

Throughout the sessions, the children had the opportunity to explore various aspects of creative writing through practical and collaborative activities. The programme focused not only on strengthening their writing abilities but also on developing their capacity to evaluate their own work and engage in peer review by giving and receiving constructive feedback. This process helped participants develop critical thinking and reflective skills, while also building their confidence as young writers.

At the end of the programme, students who attended all four sessions were awarded a certificate of participation and a book in recognition of their commitment, perseverance and active engagement throughout the club.

The Writing Clubs further reinforced the National Literacy Agency’s commitment to providing high-quality learning opportunities that foster a love of reading and writing while nurturing children’s creativity and personal development.