Lejn l-aħħar tas-sena skolastika 2025-2026 l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu permezz tat-Taqsima tal-Libreriji tal-Iskejjel organizzat il-premjazzjoni tal-kompetizzjonijiet tal-Jum Dinji tal-Ktieb 2026. Il-kompetizzjonijiet li saru għall-Jum Dinji tal-Ktieb kienu maħsuba għall-istudenti kollha tal-iskola primarja, medja u sekondarja tal-istat, tal-knisja u indipendenti. Il-kompetizzjonijiet kienu mfasslin skont il-ħiliet u l-etajiet ta’ dawn it-tfal. B’kollox kien hemm sebgħa u sittin rebbieħa li ħadu sehem bi tlieta u erbgħin sottomissjoni. Magħhom kien hemm ukoll sitt premjijiet speċjali li jingħataw lil klassijiet jew skejjel ta’ tfal b’ħiliet diversi. Aktar informazzjoni ssibuha f’din iċ-ċirkulari.





