1. Naqqas id-distrazzjonijiet – Qatt smajt bil-Pomodoro Technique? Pomodoro hija tadam bit-Taljan u hija teknika popolari li tgħinek tiffoka. Bazikament hija sistema ta’ timer li iżżid l-effiċjenza. Fuq l-app stores tista issib ruxmata apps b’din it-teknika, u hemm qbil wiesa’ li dawn jaħdmu.
Jekk tnaqqas id-distrazzjoni se tiffoka iżjed u mingħajr ma trid se jonqos l-istress. Wieħed mill-iktar modi kif tistressja ruħek malajr huwa qed tagħmel ħafna ħin fuq xiħaġa u m’intix tarak miexi ‘l quddiem.
2. Orqod biżżejjed – L-eżamijiet u l-irqad tajjeb mhux dejjem imorru biżżejjed imma importanti li tistrieħ biżżejjed biex ikollok is-saħħa tkompli tistudja.
3. Ippjana – Tlett kwarta tal-battalja tintrebaħ jekk tippjana tajjeb. Meta l-għalliema jagħtuk parir biex tagħmel pjan ta’ studju (xi tliet xhur ilu!) kienu qed ituk parir tajjeb. Fiż-żmien li għandek bejn issa u l-eżamijiet għamel pjan ta’ studju u żomm miegħu. Ara li għandek biżżejjed ħin biex tkompri li tista u biżżejjed ħin biex tistrieħ.
4. Jekk weħilt, biddel l-ambjent – Jekk taħseb li sibt ħajt tal-konkrit mentali quddiemek u ma tistax tirbaħlu, biddel il-madwar fejn qiegħed. Jekk tista, mur mixja. Li tbiddel l-ambjent tiegħek jgħinek tiffriska l-moħħ u jġiegħlek taħseb differenti. Iktar kafe’, ħelu jew Red Bull mhux se jagħmlu mirakli!
5. Isma’ l-mużika – Wieħed mill-iktar metodi popolari biex tnaqqas l-istress huwa li tisma’ l-mużika. Hawnhekk mhux kulħadd l-istess. Hawn min jippreferi ma jisma’ xejn għax jitlef l-konċentrazzjoni. Il-mużika klassika hija fost l-iktar popolari biex tirrilassa. Enya mhux għal kulħadd, imma hija għażla oħra.