Stħarriġ ippublikat mill-Unjoni Ewropeja turi kif pajjiżna jikkompara ma’ oħrajn fl-edukazzjoni, fix-xogħol u fiċ-childcare fost temi oħra.
Dawn huma l-punti li joħorġu:
– Il-kwalità tal-edukazzjoni f’pajjiżna hija meqjusa tajba ħafna mill-Maltin stess, hekk kif jagħtu marka medja ta’ 8. Pajjiżna, d-Danimarka u l-Finlandja biss rċevew din il-marka.
– Il-Maltin huma kuntenti wkoll bil-faċilitajiet fl-iskejjel lokali, bir-raba’ l-ogħla marka fl-Ewropa. Qabilna hemm l-Irlanda, l-Estonja u l-Lussemburgu.
– L-għalliema u l-edukaturi fl-iskejjel Maltin u Għawdxin jingħataw marki tajbin ukoll. Anke hawnhekk naraw li r-riżultat huwa r-raba l-aqwa fl-Ewropa.
– L-attenzjoni personali li jingħataw student hija wkoll punt pożittiv li joħrog minn dan l-istudju. Malta tiġi biss wara l-Irlanda f’dan il-qasam.
– Il-Maltin fost l-iktar nies li jħossu sigurtà fl-impjieg tagħhom. Filfatt 5% jaħsbu li hemm ċans li jitilfu l-impjieg tagħhom fis-sitt xhur li ġejjin. Il-medja Ewropeja hija 10%.
– 82% tal-Maltin jgħidu li l-ispiża taċ-childcare “mhux diffiċli”. Dan jirrifletti l-fatt li l-introduzzjoni tas-servizz ta’ childcare b’xejn introdott sentejn qabel sar l-istudju. Interessanti li Malta u l-Isveżja kienu l-uniċi pajjiżi fl-Ewropa li fih kien hemm 0% li wieġbu li jsibu l-ispiża taċ-childcare bħala “difficli”.
– Il-kwalità taċ-ċentri tal-ħarsien tat-tfal jingħataw punti pożittivi wkoll b’marka medja ta’ 8.