Il-Ministeru talab għal laqgħa ta’ konċiljazzjoni mal-MUT biex jiċċara l-partijiet fil-liġi proposta li qed toħloq ħafna mistoqsijiet minħabba interpretazzjoni skorretta.

Il-mistoqsijiet li qed iqumu jirrigwardaw Artiklu 23 fejn qed tiġi miżinterpretata din il-parti:

Hawnhekk il-parti fejn qed jingħad li l-att jiġi mħassar qed tiġi mifhuma ħażin li qed tirreferi għall- warrant. Din id-distinzjoni hija kruċjali. Fl-ebda ħin il-Ministeru ma rrefera għal tħassir tal-warrant.

Il-Ministeru lest jemenda u jikkjarifika din il-parti jekk b’xi mod tista’ tiġi interpretata li se tħassar il-warrant, għalkemm il-mod kif hija miktuba hija kompletament korretta.

Il-Ministeru huwa lest li jtejjeb kull parti tal-liġi proposta, bi qbil mal-MUT.

Il-Ministeru jerġa’ jtenni r-rieda tajba li jpoġġi madwar il-mejda u dawn it-tip ta’ miżinterpretazzjonijiet jiġu ċċarati.

Il-Ministeru għandu kull interess li jsaħħaħ l-għalliema u l-edukaturi fl-iskejjel, u qiegħed man-naħa tagħhom.

Li kieku kien hemm kwistjoni fejn il-partijiet mhux jaqblu wieħed jifhem li jkun hemm strike, iżda mhux ġust li t-tfal, ġenituri u edukaturi jiffaċjaw strike u l-konsegwenzi fuq il-pajjiż u fuq il-professjoni, meta mhemmx nuqqas ta’ qbil, u bl-istedina li għadha hemm li jekk hemm xi affarijiet li jridu jiġu kkjarifikati, il-Ministeru kien u għadu lest li jirranġa u jiċċara fejn hemm bżonn.