Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo b’messaġġ fl-okkażżjoni ta’ Jum l-Għalliem 2018.
Il-messaġġ komplut jinsab hawn taħt:
Fil-5 ta’ Ottubru jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tal-Għalliema. Jien għalija kuljum huwa Jum l-Għalliema għax naf għalliem dedikati li m’hemmx skola, m’hemmx vaganzi, vera jiddedikaw ruħhom biex jaħdmu qalb it-tfal, qalb il-żgħażagħ fdati f’idejhom, u ta’ dan nirringrazzjahom ħafna. It-tema ta’ din is-sena hi ‘Id-dritt għall-edukazzjoni jfisser id-dritt għal għalliem għal edukatur kwalifikat, għalliem jew edukatur imħarreġ sew. U nafu kemm illum huwa importanti ħafna li l-għalliem b’ħafna sagrifiċċju jiksbu l-kwalifiċi tagħhom u jagħmlu t-taħriġ li għandhom bżonn. Għandhom bżonnu minħabba d-diffikultajiet u l-isfidi kbar li għandhom fil-klassi tal-lum.
Jiena għamilt snin twal ngħallem, imma ċert li dak li jiffaċċjaw l-għalliema u l-edukaturi llum huwa ferm aktar diffiċli. ferm aktar iebes milli qatt iffaċċjajt jien meta kont għalliem. Irrid inserraħ ras l-għalliema, irrid inserraħ ras l-edukaturi kollha li din il-kontroversja li nqalet, li rridu noħdulhom il-warrant li għandhom, warrant li kisbu b’tant sagrifiċċju, m’hu veru xejn. Ma rridu nieħdu l-ebda warrant, anzi inħeġġu aktar żgħażagħ jidħlu f’din il-vokazzjoni u f’din il-professjoni , u nħeġġu anke nies oħra li jaħdmu f’oqsma oħra biex jiġu f’din il-vokazzjoni u professjoni. Aħna rridu niżguraw li l-warrant jingħata, jinżamm kif inhu u nagħmlu minn kollox biex insaħħu l-professjoni tal-għalliema. Min jaqra l-liġi sew li qed nipproponu, assolutament ma tgħidx li ser nieħdu jew xi ħadd ser jitlef il-warrant tiegħu.
Aħna rridu nkomplu naħdmu biex b’kull mod ngħinu lill-għalliema, ngħinu lill-edukaturi fix-xogħol tagħhom, u għalhekk rridu li anke nipproteġuhom mill-vjolenza u mit-theddid fix-xogħol tagħhom. U rridu wkoll inkomplu ngħinu b’kemm nistgħu. biex jistgħu jagħmlu x-xogħol tagħhom, għaliex bix-xogħol tagħhom jiddependi l-futur ta’ tant tfal u żgħażagħ, jiddependi l-futur ta’ pajjiżna. Imma fl-istess ħin nafu li biex nieħdu ħsieb it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna rridu nieħdu l-għalliem u dan li lesti nagħmlu.