F’dawn il-jumejn, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għamel numru ta’ laqgħat mal-Malta Union of Teachers fejn fihom ġew diskussi l-punti fuq is-sitwazzjoni tal-load ta’ 25 lezzjoni tal-għalliema tal-Malti u tal-Matematika.

Il-ministeru jikkonferma li l-eżamijiet ta’ dawn iż-żewg suġġetti fil-livell medju u sekondarju se jsiru kif previst u skond it-timetables maħruga mill-iskejjel.

Għad ma hemmx qbil fuq id-direttiva bejn il-ministeru u l-MUT, u din se tibqa’ fis-seħħ minħabba li l-union m’aċċettatx l-aħħar offerta min-naħa tal-ministeru. Minkejja dan, il-ministeru kien u għadu juri rieda tajba biex fiż-żmien li ġej ikomplu d-diskussjonijiet biex jinstabu soluzzjonijiet konkreti għall-ġid tat-tfal tagħna.