Fiċ-ċirkostanzi stroardinarji li Malta wkoll tinsab għaddejja minnhom, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħa ħsieb li t-tfal taħt Skema 9 li kienu jingħataw il-lunch jibqgħu jiħduh. Fil-fatt it-tfal kollha, naqra aktar minn 350 madwar Malta u Għawdex, qed jirċevuh fid-djar tagħhom. Dan qed isir ukoll bil-kollaborazzjoni tax-xufiera tat-trasport tal-iskejjel li qed jassistu f’dan it-qassim.