Hekk kif Malta nħakmet minn COVID-19, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħa ħsieb ukoll jagħti s-sapport meħtieġ f’dan il-mument sensittiv għalina lkoll.
Għalhekk iffaċilitajna u ssapportjajna biex tliet skejjel inqalbu f’ ċentri ta’ sapport:
✅ ċentru mingħajr ħlas għat-tfal tan-nurses, tobba, u uffiċċjali fil-korpi tal-ordni fl-iskola primarja ta’ San Ġwann
✅ stazzjon ieħor għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-iskola sekondarja ta’ Ħad Dingli
✅ ċentru tal-ospitalita’ li jħejji ikliet mingħajr ħlas għal nurses u uffiċċjali fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili stazzjonati fl-iskola sekondarja ta’ Ħad Dingli.